Left arrow Mur Lura

Ufficjal tad-Dipartiment tal-Biedja f'Laqgha Internazzjonali

pr2237
Date Icon 21/11/1997

Il-provi li qed isiru fuq sistemi ta' produzzjoni organika kull ma jmur qed ihallu rizultati pozittivi.

Dan bil-ghan li fis-snin li gejjin jitnaqqsu l-kwantitajiet ta' spejjez li l-bdiewa jonfqu biex ikabbru l-ucuh taghhom u wkoll sabiex ma jkomplix isir dannu ghall-ambjent.

Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u s-Sajd Noel Farrugia b'riferenza ghas-somma ta' Lm12-il miljun f'bexx li giet ikkunsmata f'pajjizna matul dawn l-ahhar snin.

Huwa qal li fil-prezent Dr Adrian Zammit qed jattendi ghal Euro-Mediterranean Conference on Co-operation in Agriculture and Agro-Industry li qed issir f'Ruma, fejn mistenni li jiddiskuti u jikseb aktar taghrif kif tista' tigi rrimedjata din is-sitwazzjoni.

Il-Ministru kompla jghid li bhal issa qed isiru esperimenti fuq it-tkabbir tad-tadam fis-serrer b'metodi organici, minghajr l-ebda uzu ta' pesticidi u fertilizzanti artificjali.

Ir-rizultati s'issa huma nkoragganti hafna u fil-fatt dawn il-provi qeghdin issa jsiru wkoll fuq raba normali.

Il-Ministru Noel Farrugia qal ukoll li qed isir studju fuq it-tkabbir tal-frawli halli dan ukoll jitkabbar b'sistema aktar naturali u minghajr uzu ta' gass sterilizzant "methyl bromide" li llum nafu li jaghmel hafna hsara lill-ambjent.

Il-Ministru Farrugia temm jghid li bis-sistema ta' tkabbir ta' hxejjex b'metodi organici, il-prodotti jkollhom aktar vitamini u nutrijenti li jaghtu s-sahha u palat aktar bnin u genwin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow