L-Onor. Helena Dalli zzur kumpanija mwaqqfa minn zewg nisa Maltin
Is-Segretarja Parlamentari æad-Drittijiet tan-Nisa, Ms. Helena Dalli úaret il-kumpanija "Green Skips" li tinsab fil-Maætab. Din hija kumpanija mwaqqfa u mmexxija minn úewí nisa Maltin li æandhom iservu ta' eúempju bl-inizjattivi taæhom. Il-"Green Skips" æandha proíett ta' espansjoni li jikkonsisti fit-twaqqif ta' faðilità ta' íbir ta' materjal li jinkludi plastiks, karti u kartun, óíieí, metal, aluminjum u injam, bil-æan li eventwalment jinbieæ lokalment jew barra l-pajjiú æar- reðiklaíí.
Ms. Dalli semmiet il-ótieía ta' úieda fil-parteðipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xoæol speðjalment fil-qasam tas-"self-employed" fejn in-numru ta' nisa hu verament baxx; fil-preúent 2% ta' dawk kollha li jaódmu.
Hija qalet li hemm il-búonn li jinæata t-taórií u l-opportunitajiet meótieía sabiex aktar nisa jaætu sehemhom biex jitkabbar il-íid kemm taæhom, kif ukoll tal-pajjiú.
Ms. Dalli qalet li kien æalhekk li s-Segretarjat Parlamentari æad-Drittijiet tan-Nisa daóal fi ftehim mal-Korporazzjoni Maltija æall-Iúvilupp fuq proposta æal proíett imressaq lill-Unjoni Ewropea taót il-programm imsejjaó Ecos-Ouverture. L-æan ta' dan il-proíett hu li f'Malta jitwaqqaf u jiíi úviluppat ðentru li jwassal æall-opportunitajiet indaqs fl-oqsma kummerðjali.
L-iskop prinðipali tal-proíett huwa li jinóolqu opportunitajiet ta' kummerð æan-nisa permezz ta' taórií, faðilitajiet u inðentivi bl-æan ewlieni li jiúdied in-numru ta' nisa Maltin li jwaqqfu u jmexxu l-kumpaniji taæhom u æalhekk konformi mal-politika tal-Gvern prezenti li tippromwovi azzjoni poúittiva favur in-nisa Maltin.
Dan il-proíett iressaq lejn il-pajjiz b'mod prattiku l-aójar elementi ta' "know-how", taórií u úvilupp fl-intrapriúi mmexxija min-nisa, kemm mit-tliet pajjiúi Ewropej li huma l-Irlanda, Spanja u l-Italja, kif ukoll minn Programmi bóan-NOW (New Opportunities for Women) u LEI (Local Employment Initiatives) li jaæmlu wkoll parti mill-inizjattiva.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901