Ftehim mal-Koperattiva Agrikola Ghawdxija
pr2224
19/11/1997
Gie ffirmat ftehim bejn il-Koperattiva Agrikola Ghawdxija Gozitano u s-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex li permezz tieghu il-Koperattiva se tinghata sussidju ta' Lm4500 fis-sena biex tkun tista' timpjega manager u haddiema ohra. Il-ftehim jahseb biex din l-ghajnuna tibqa' tinghata ghall-hmistax-il sena li gejjin.
Permezz ta' dan il-ftehim il-Gvern irid isahhah l-organizzazzjoni amministrattiva tal-Koperattiva fl-ahjar interess tas-settur agrikolu ta' Ghawdex.
Bl-istess ftehim, il-koperattiva se tghaddi lill-Gvern bicca art mill-kumpless taghha fix-Xewkija, ghall-istess perjodu ta' hmistax-il sena. Din l-art mistennija tintuza ghall-bini ta' ufficcji li jkunu jistghu jintuzaw minn dipartimenti pubblici f'Ghawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901