Studenti li se jippartecipaw fil-Mini European Assembly jiltaqghu mal-Ministru George Vella
Grupp ta' studenti mill-Kullegg de La Salle, il-bierah wara nofsinhar, zaru lill-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella. Dawn l-istudenti se jiehdu sehem fil-Mini-European Assembly.
Il-Vici Prim Ministru ta taghrif lill-istudenti fuq x'inhu x-xoghol tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-funzjonijiet tieghu. Huwa spjega wkoll l-aspett Mediterranju u Ewropew tal-politika barranija Maltija u kif dawn isibu l-milja taghhom fil-process Ewro-Mediterranju. Saret ukoll diskussjoni fuq aspetti u tifsiriet differenti tas-sigurta` fid-dinja tal-lum.
Il-Vici Prim Ministru spjega wkoll is-sehem li Malta tiehu f'diversi organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom il-Gnus Maghquda, l-OSCE u l-Kunsill ta' l-Ewropa.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901