Left arrow Go Back

Se jithaffer il-Bir "Madonna taz-Zejt" f'Ghawdex

pr2204
Date Icon 15/11/1997

Il-Ministru bla Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, is-Sur Joe Mizzi zar l-inhawi qrib Kercem fil-punent ta' Ghawdex fejn mistenni jithaffer bir f'post fejn huwa maghruf li huwa l-ahjar fejn jista' jinstab iz-zejt. Il-Ministru Mizzi, li kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex l-Avukat Anton Refalo, qal li jekk ir-rizultat ikun posittiv, it-tiftix ghaz-zejt ikun jista' jsir mill-bahar f'post imbieghed bizzejjed mill-art. Il-bir imsemmi 'Madonna taz-Zejt' se jigi mhaffer qrib il-post msejjah Il-Vapur, qrib Kercem.

Il-Ministru Mizzi qal li malli l-Gvern il-gdid dahal fil-Gvern f'Ottubru tal-1996 irreveda l-potenzjal ghat-tiftix ghaz-zejt fil-gzejjer Maltin biex jifforma strategiji effettivi, kemm fil-qosor u kemm fit-tul, f'dan il-qasam importanti, bl-iskop ewlieni li jinstab iz-zejt fl-anqas zmien possibbli. Deher car li l-medda ta' bahar fit-Tramuntana ta' Malta hija l-aktar parti li tista' tigbed attenzjoni tal-kumpaniji taz-zejt fi zmien qasir minhabba li tinsab qrib is-sejbiet taz-zejt f'ibhra Sqallin.

Ghaldaqstant, gie ippreparat Mudell tal-Kuntratti taz-Zejt (1997) biex jirrifletti l-istrategija gdida u gew avvicinati kumpaniji biex jitqajjem interess f'din il-medda ta' bahar. Din il-kampanja kellha rizultati posittivi hafna ghax f'qasir zmien, fil-fatt f'anqas minn sena, gie iffirmat ftehim ma' kumpanija kbira taz-zejt l-AGIP SpA (Encl. 1). F'din il-medda ta' bahar jinstabu diversi prospetti li ghadhom ma thaffrux u li jista' jkun fihom kwantita' kummercjali ta' zejt.

Il-Gvern il-gdid hass l-importanza li f'din l-istrategija jigi inkluz ukoll xoghol li ghal zmien twil gie traskurat. Dan kien jinkludi t-tiftix ghaz-zejt fuq l-art. L-uniku bir li thaffer fuq l-art kien sar propju 40 sena ilu fin-Naxxar u ghalkemm ir-rizultat tal-bir ma kienx konklussiv, ma saru l-ebda sforzi ohra ghat-tiftix fuq l-art.

Peress li t-thaffir fuq l-art joffri vantaggi fuq thaffir fil-bahar, inhass li dan ix-xoghol seta' jigi mmexxi mill-Gvern sakemm ma jintefqux fondi pubblici f'din il-hidma hekk riskjuza. Ghal dan il-ghan il-Gvern kiseb l-ghajnuna Taljana li accettat li tipprovdi l-finanzi kollha mehtiega biex jithaffer bir f'Ghawdex f'post li huwa maghruf li huwa l-ahjar fil-gzejjer Maltin fejn jista' jinstab iz-zejt.

Qeghdin jittiehdu l-mizuri kollha biex jizguraw li t-thaffir ta' dan il-bir ma jkun ta' ebda periklu ghall-ambjent, specjalment fuq gzira li ghandha ekonomija fuq it-turizmu. Ghalhekk gew mehuda mizuri biex tinsab soluzzjoni ghal dam il-periklu. Dawn il-mizuri jinkludu r-reklamazzjoni tal-art wara li jithaffer il-bir irrispettivament mir-rizultat, biex il-post jithalla fl-istess kundizzjoni naturali ta' qabel. B'hekk l-art terga' tigi moghtija lura lill-inkwilini biex ikomplu jahdmuha. Barra minn hekk, jekk ir-rizultat ikun posittiv, it-tiftix ghaz-zejt isir mill-bahar f'post w'il boghod bizzejjed mill-art.It-thaffir tal-bir se jipprovdi impjieg temporanju ghal madwar 30 persuna lokali. Is-settur privat f'Ghawdex se jkollu qligh sostanzjali billi jipprovdi trasport u provvisti ta' materjal li jintuza ghat-thaffir, xoghol ta' kostruzzjoni, kif ukoll servizzi ohra bhal akkomodazzjoni ghal madwar sitt xhur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow