Delegazzjoni Taljana zzur Malta ghal tahdidiet
Delegazzjoni Taljana ghadha kif temmet zjara ta' jumejn f'Malta fejn kellha tahditiet ma' ufficjali tal-Gvern Malti. Dawn it-tahditiet jiffurmaw parti minn struttura ta' djalogu li decizjoni dwarha ittiehdet waqt laqgha li l-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Dr. George W. Vella, kellu mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan, Lamberto Dini, f'Jannar ta' din is-sena.
Waqt il-laqghat gew diskussi ir-Raba' Protokoll Finanzjarju, is-servizzi ta' l-ajru bejn iz-zewg pajjizi, ko-operazzjoni fil-qasam tas-sahha, il-ftehim li jirregola t-trasport stradali, abbozz ta' ftehim li jiggarantixxi l-investiment barrani u t-turizmu fost affarijiet ohra. Id-delegazzjoni Taljana kellha l-opportunita` zzur diversi progetti li qeghdin jigu ffinanzjati taht ir-Raba' Protokoll Taljan.
L-ufficjali Taljani ghamlu wkoll zjara ta' kortesija lill-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, it-Tabib George W. Vella, waqt liema zjara gew diskussi r-relazzjonijiet eccellenti li jezistu bejn iz-zewg pajjizi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901