Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha, Kura tal-Anzjani u Affarijiet tal-Familja

pr2202
Date Icon 14/11/1997

Il-Customer Care Service tal-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja qed ikollu lmenti minghand anzjani li qed jircievu telefonati minghand persuni li jghidu li huma farmacisti mad-Dipartiment tas-Sahha.

Min qed icempel qed johloq diversi qlajjiet u dubji dwar is-servizz tal-medicini b'xejn. Jidher car li ghaddej attentat sfrenat biex jinholoq allarm fost l-anzjani u biex il-Gvern ikun oskurat b'mizuri fittizji li qatt ma ttiehdu.

Il-Ministeru jassigura lill-anzjani u lil kulhadd li ma gie awtorizzat hadd minn naha tieghu biex jaghmel xi telefonati jew vizti fid-djar taghhom.

Kull min jircievi minn dawn it-telefonati jew vizti, ghandu jinforma minnufih lill-ufficcju tal-Customer Care Service fi hdan il-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja. Il-Freephone hu: 0800 77 2381 bejn it-Tnejn u l-Gimgha, mid-9.00 am sa nofs in-nhar.

L-anzjani dejjem ghandhom jitolbu l-isem, il-karta ta' l-identita` u n-numru tat-telephone ta' min jaghmel telefonati u vizti simili.

Il-ko-operazzjoni tal-pubbliku hi apprezzata.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow