Left arrow Go Back

Titjib gdid fi tliet skemi ta' l-Awtorita' tad-Djar

pr2188
Date Icon 12/11/1997

L-Awtorita' tad-Djar ghadha kemm habbret titjib fl-iskemi taghha ta' ghajnuna biex jigu rrangati djar privati. Fost it-titjib imhabbar hemm ghajnuna ta' flus biex titnehha l-umdita' u l-problemi konnessi maghha u anke, taht certi kundizzjonijiet, ghajnuna ohra ta' flus biex jinbnew kamra jew kmamar addizzjonali biex certi djar isiru adekwati ghall-htiega ta' l-okkupant. Biex isiru dawn ix-xoghlijiet l-ghajnuna gdida tista' tilhaq is-somma ta' Lm1,800. Dan it-titjib sehh fuq inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli.

L-iskemi li gew imtejba huma l-Iskema L, dik li tipprovdi ghall-sussidju fuq xoghlijiet ta' irrangar fi djar privati mill-inkwilini; Skema M, li tipprovdi ghal xiri u xoghlijiet ta' rrangar u titjib fi djar privati okkupati mill-inkwilin u Skema N, li tittratta dwar sussidji fuq xoghlijiet ta' rrangar u titjib fi djar privati okkupati mis-sidien jew li jkunu se jigu okkupati mis-sidien.

Dawn l-iskemi jipprovdu ghal ghajnuna diga' ezistenti biex isiru tiswijiet ta' strutturi perikoluzi, bdil ta' stallazzjonijiet qodma ta' l-ilma u l-elettriku, stallazzjoni jew irrangar ta' kmamar tal-banju, twahhil ta' madum, tiswijiet fis-sistemi tad-drenagg, aperturi u anke "water proofing" ghas-soqfa tad-djar.

L-ghajnuna ghal kontra l-umdita' u l-bini ta' kamra jew kmamar addizzjonali tinghata bil-kundizzjoni li d-dar in kwistjoni tkun tehtieg xi wahda mix-xoghlijiet imsemmija fit-tliet skemi mhabbra. Barra minn hekk l-Iskema N giet imtejba b'mod li tinkludi persuna mhux mizzewga li tkun tghix ma' hutha fl-istess dar. Fil-kaz ta' l-Iskema L, id-dar li fuqha qed tintalab l-ghajnuna trid tkun inbniet qabel l-1975.

Aktar taghrif dwar dawn l-iskemi u t-titjib li sar fihom jista' jinkiseb mill-Awtorita' tad-Djar, f'numru 12, Triq Pietro Floriani, il-Furjana u f'Ghawdex mill-ufficcju taghha f'numru 25 Triq Enriku Mizzi, ir-Rabat, fil-hinijiet u granet stabbiliti. Dan it-taghrif jista' jinkiseb billi wiehed icempel fuq 248260/5.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow