Fiera b'rizq Ghaqdiet ta' persuni b'dizabilita'
Fil-Kumpless Sportiv tar-Rabat, Ghawdex, giet organizzata fiera li d-dhul minnha se jmur kollu ghal ghaqdiet li jahdmu mill-qrib ma' persuni b'dizabilta'. Il-fiera kienet ikkordinata mir-Razzett tal-Hbiberija u saret bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Ghal dawn l-ahhar gimghat kienu ghaddejjin bosta preparamenti bejn l-ghaqdiet involuti u konsulent tar-Razzett tal-Hbiberija, is-Sur Paul Micallef, biex din il-fiera setghet tigi organizzata.
Tul it-tlett ijiem tal-fiera l-pubbliku seta' jakkwista fost affarijiet ohra oggetti tad-dar, pjanti, gugarelli u diversi affarijiet mahduma minn persuni bi bzonnijiet specjali - inkluz xoghol tal-fuhhar u dekorazzjonijiet tal-Milied. Is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex akkwista pittura ta' Frans Camilleri li kienet ukoll ghall-bejgh fil-fiera. Camilleri huwa zaghzugh li jpingi bil-halq u li ghamel success fil-karriera artistika tieghu.
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, zar il-fiera u rringrazzja lil dawk kollha involuti ghall-impenn taghhom favur l-attivita'. Kuntatti u laqghat bejn is-Segretarjat Parlamentari u ghaqdiet ta' persuni b'dizabilta' jinzammu b'mod regolari biex ikunu ndirizzati l-bzonnijiet ta' persuni b'dizabilta'.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901