Laqgha bejn il-Ministru tas-Sahha u l-Ambjent ta' Gibilta' u l-Ministru Michael Farrugia
Il-Ministru tas-Sahha u Ambjent ta' Gibilta', Keith Azopardi, ghamel zjara ufficjali lill-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia, fl-ufficcju tieghu, f'Sta Venera.
Huma ddiskutew diversi problemi li jiltaghqu maghhom pajjizi zghar kif ukoll qasmu hsibijiet u esperjenzi taghhom fit-tmexxija u kif jigu meghluba l-problemi fil-qasam tas-sahha u fil-qasam ta' l-anzjani.
Il-Ministru Farrugia spjega fid-dettal il-qasam tat-taghlim mediku u paramediku f'pajjizna.
Huwa semma wkoll kif fil-qasam tat-tmexxijia tal-pajjiz il-Gvern prezenti sab hafna problemi, kemm finanzjarji u ohrajn, izda il-Gvern qed jahdem bis-serjeta' sabiex hafna mill-problemi jkunu jistghu jigu ndirizzati. Hawnhekk il-Ministru Farrugia qal li minkejja diversi mizuri li kellhom jittiehdu il-Gvern kien responsabbli bizzejjed li s-settur tas-sahha kompla inghata l-importanza misthoqqa, specjalment fil-bini ta' l-isptar il-gdid.
Il-Ministru Farrugia zied ighid li qed inhares wkoll lejn policies godda tat-tmexxija ta' kull settur li jaqa' taht id-dikasteru tieghu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901