L-Ambaxxatur Malti ghall-Kunsill ta' l-Ewropa jindirizza l-101 sessjoni tal-Kumitat tal-Ministri
L-Ambaxxatur Malti ghall-Kunsill ta' l-Ewropa, Dr John Buttigieg, illum indirizza l-101 Sessjoni tal-Kumitat tal-Ministri fi Strasbourg. L-Ambaxxatur Buttigieg qieghed jirraprezenta lill-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent Dr George W. Vella, li ma setax jattendi minhabba impenji Parlamentari f'Malta.
Ghall-laqgha fi Strasbourg attendew 40 delegazzjoni mill-Istati Membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Ix-xoghol principali tas-Sessjoni jirrigwarda l-evalwazzjoni politika u l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni u l-Pjan ta' Azzjoni li gew addottati fis-Summit tal-Kapijiet ta' Stat bejn l-10 u l-11 ta' Ottubru li ghadda.
Matul is-Sessjoni, l-Ambaxxatur Buttigieg tkellem dwar il-koperazzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ma' l-Organizzazzjoni ghas-Sigurta' u Koperazzjoni fl-Ewropa u ma' l-Unjoni Ewropea, fl-izvilupp tas-sigurta' u stabbilita' demokratika fl-Ewropa. Hu tkellem ukoll dwar kif l-aspett Mediterranju ta' din il-koperazzjoni ghandu jigi msahhah.
Ghal din is-sessjoni l-Ambaxxatur John Buttigieg kien akkumpanjat mis-Sur Victor Grech, ufficjal gholi fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901