Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Michael Farrugia jzur il-Bini gdid tal-Health Information Systems Unit

PR2097
Date Icon 28/10/1997
Wiehed mill-progetti li d-Dipartiment tas-Sahha qed jahdem fuqhombhalissa, huwa l-bini tal-Health Information Systems Unit (H.I.S.U.) biswit l-Isptar San Luqa. Hafna mix-xoghol fuq dan il-progett qed isir mill-haddiema tad-Dipartiment tas-Sahha.
Fi ftit gimghat dan il-progett mistenni jitlesta u ser jospita fihsistemi moderni ta' kompjuterizzazzjoni tas-settur tas-sahha. Huwa mistenni li l-haddiema tal-Health Information Systems Unit imorru fil-post il-gdid, qabel l-ahhar tas-sena. Aktar tard mistenni jsir refurbishment biex l-Isptar San Luqa jospita l-Fever Unit li fil-prezent qieghed fl-Isptar Sir Paul Boffa.
Dan qalu l-Ministru Michael Farrugia waqt zjara li huwa ghamel fuqil-post fejn iltaqa' mal-haddiema li qed jahdmu halli jitlesta l-post.
Il-Ministru Michael Farrugia kompla billi spjega x-xoghol li qedisir mill-Health Information Systems Unit. F'dan ic-centru jsir ix-xoghol ta' kompjuterizzazzjoni fuq is-servizzi tas-sahha f'Malta u f'Ghawdex. F'dan ic-centru jigi aggornat ir-registru ta' mwiet kif ukoll l-incidenza tal-mard u statistika ohra relatata.
Id-Dipartiment f'dawn l-ahhar xhur lesta l-kompjuterizzazzjoni dwarid-dettalji tal-pazjenti kif ukoll tlesta l-file tracking li biha l-270,000 file tal-pazjenti jkun jistghu jinstabu fl-iqsar zmien possibbli. Bhalissa qed tigi ppreparata sistema kompjuterizzata t' appuntamenti li tinkorpora l-isptarijiet u c-centri tas-sahha.
Il-Ministru Michael Farrugia sahaq dwar il-protezzjonital-kunfidenzjalita' u li din tkun accertata.
Fl-ahhar il-Ministru Michael Farrugia spjega kif dan il-post huwa disabilityfriendly halli b'hekk dan il-post ma jkun ostaklu ghal hadd, la ghal dawk li jkunu jridu jahdmu u lanqas ghal dawk li jitharrgu fih.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow