Dr. Louis Buhagiar izur id-Day Centre ghall-Anzjani fiz-Zurrieq
PR2061
24/10/1997
| Is-Segretarju Parlamentari ghall-Kura ta' l-Anzjani llum zar | ic-Centru ta' Matul il-Jum ghall-Anzjani fiz-Zurrieq. |
| Dr. Louis Buhagiar qal li dan ic-Centru ser jitgawda minn hames | rhula li huma Hal Safi, iz-Zurrieq, l-Imqabba, Kirkop u l-Qrendi. Sa issa digà hemm applikazzjonijiet ta' madwar 100 ruh li huma interessati li jattendu f'dan ic-Centru. |
| Il-Kunsilli Lokali ghandhom impenn kbir f'dan ic-Centru u kull | kunsill ikkontribwixxa b'xi forma ta' ghajnuna finanzjarja sabiex dan il-post seta' jigi attrezzat ghall-bzonnijiet ta' l-anzjani. |
| F'dan il-post saru xoghlijiet estensivi fuq id-drenaggi, ilma u | dawl. Sa fejn kien possibbli x-xoghol sar mill-haddiema tal-Handymen Service. L-ahjar prodott ittiehed bi spiza ferm aktar baxxa. Xoghol iehor inghata lill-kuntratturi privati. |
| Hemm il-hsieb li 'l quddiem dan ic-Centru bhall-ohrajn kollha | jibdew jitnexxew mill-anzjani stess. Jekk dan ma jsirx ikun ferm difficli ghall-Gvern li jiftah aktar Centri fi bliet u rhula ohra. |
| Bhalissa ghaddejja diskussjoni biex jigi studjat kif jistghu | jintuzaw dawn ic-Centri ukoll ghall-beneficcju ta' nies b'dizabilità anke jekk dawn ma jkunux anzjani. Qed jinhass bzonn kbir min-nies li jiehdu hsieb persuni b'dizabilià, li jkollhom entità fuqhiex jistriehu meta jkunu jridu jaqdu xi bzonnijiet minn taghhom. Dr. Buhagiar stieden lic-cittadini kollha biex jaghtu suggerimenti kif dan is-servizz jista' jitwettaq. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901