Il-Prim Ministru ta' Malta jitkellem f'Edinburgh dwar is-Sigurta' ta' Stati zghar
Il-Prim Ministru Malti, Dr Alfred Sant, illum kien mistieden jitkellem mis-Segretarju Generali tal-Commonwealth, Emeka Amyaoku, biex jitkellem dwar is-Sigurtà ta' Stati z-Zghar tal-Commonwealth fl-okkazjoni tal-pubblicità ta' Rapport tal-Commonwealth intitolat A Future for Small States - Overcoming Vulnerability. Flimkien mal-Prim Ministru Malti ghal din l-okkazjoni specjali kien hemm il-President tal-Maldives, Maumoom Abdul Gayoom u l-Prim Ministru ta' St. Lucia, Dr Kenny Anthony, li wkoll tkellmu dwar is-Sigurtà ta' l-Istati z-Zghar.
Il-Prim Ministru Malti tkellem dwar problemi ta' sigurtà ghall-pajjizi z-zghar fosthom traffiku ta' drogi, hasil ta' flus, kriminalità internazzjonali organizzata u traffikar illegali ta' persuni.
Il-Prim Ministru semma' wkoll l-istrategija tal-Gvern il-gdid fi hdan il-Gnus Maghquda bhala prijorità fir-rigward tal-htigiet specjali fis-Sigurta' ta' l-Istati z-Zghar. Dr Sant qal li Malta hija konvinta li l-Commonwealth - li jhaddan 31 stati zghar - ghandu l-potenzjal li jiddefendi l-interessi ta' l-Istati z-Zghar fil-komunità internazzjonali. Huwa ddeskriva r-Rapport bhala s-sisien ghall-Charter tal-Commonwealth biex jghin is-Sigurtà ta' l-Istati z-Zghar.
Ir-Rapport A Future for Small States - Overcoming Vulnerability gie kkumissjonat mill-Commonwealth lid-diversi esperti nazzjonali fosthom il-kontribut ta' l-espert legali Malti, Dr Edgar Mizzi.
Il-31 Stat tal-Commonwealth ghandhom popolazzjoni ta' mhux inqas minn 1.5 miljun persuna.
Il-Vici-Prim Ministru u Ministru ghall-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, Dr George Vella, illum kien ukoll impenjat f'laqgha tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth dwar is-Sigurtà tal-Pajjizi z-Zghar.
Id-delegazzjoni Maltija kienet tinkludi lill-Onor Joe Farrugia MP li llum attenda ghall-laqgha dwar il-kooperazzjoni permezz ta' l-isports. F'din il-laqgha gew diskussi progetti sportivi fi hdan il-pajjizi tal-Commonwealth ghas-snin li gejjin b'mod partikolari l-Commonwealth Games li se jsiru s-sena d-diehla fil-Malasja.
Kopja ta' l-intervent tal-Prim Ministru Malti bi tnedija tal-pubblikazzjoni A Future for Small States qed tigi annessa ma' din l-istqarrija
Ic-cerimonja ufficjali tas-Summit tal-Commonwealth fethet illum wara nofsinhar b'diskors tal-Prim Ministru Ingliz Tony Blair. Il-Prim Ministru Malti gie milqugh mill-Prim Ministru Ingliz ghal dan is-Summit li ser idum ghaddej sa tmiem il-gimgha.
Il-Maestà Taghha r-Regina Elizabetta II indirizzat ukoll is-Summit ta' Edinburgh.
Il-Prim Ministru ta' Malta il-lejla ser ikun fost il-53 Prim Ministri u Presidenti tal-pajjizi tal-Commonwealth fi pranzu moghti f'giehhom mill-Maestà Taghha r-Regina Elizabetta II.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901