Il-Mixtla ta' Wied Incita fl-ewwel sena ta' Gvern gdid
PR2045
23/10/1997
| Matul din is-sena l-"Urban and Rural Landscaping", | sezzjoni gdida fi hdan id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, nediet diversi progetti sabiex ghall-futur jissebbah ahjar il-pajsagg Malti. |
| Fost dawn il-preparamenti, hemm dawk fil-mixtla ta' Wied Incita | fejn f'dawn l-ahhar xhur saru u qed isiru numru ta' xoghlijiet sabiex il-hazna ta' pjanti u sigar f'Malta tkun sufficjenti, ghaliex fil-mument il-hazna f'Malta hija ftit anqas minn dik li l-istess Dipartiment ghandu f'Ghawdex. |
| Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, meta | llum zar ix-xoghlijiet li qed isiru mill-haddiema f'Wied Incita. |
| Il-Ministru spjega li twaqqaf Bord immexxi mill-Kavallier Maurice | Mizzi sabiex ikun jista' jghin b'pariri professjonali lil din is-sezzjoni tippjana ahjar biex issebbah il-pajsagg taghna. |
| Permezz ta' dan il-Bord qed ikun possibli ukoll li l-pubbliku in | generali jressaq l-ideat u l-pariri tieghu dwar dan l-impenn mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd. |
| B'din id-direzzjoni, sostna il-Ministru, ser ikun possibli li l-Ministeru | jfassal programm ta' hidma popolari u li jintegra fih l-ideat tac-cittadini. |
| Il-Ministru Noel Farrugia rrefera ghall-appogg kbir li s-sezzjoni | tar-"Rural and Urban Landscaping" qed issib, u rringrazzja lill-APS Bank, li sponsorja serra, sabiex ftit tal-gimghat ohra din is-sezzjoni tkun tista' tfassal programm mal-Kunsilli Lokali ta' Malta halli kull tliet snin tipprovdilhom 6,000 sigra mlahhqa sabiex isebbhu l-lokalitajiet taghhom. |
| Il-Ministru temm jghid li kemm-il darba tkompli tissahhah | il-koperazzjoni tal-haddiema ta' Wied Incita, il-Ministeru jkompli jinvesti f'aktar apparat modern u necessarju biex din il-mixtla tkun aktar efficjenti u produttiva. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901