Left arrow Mur Lura

Delegazzjoni Ungeriza fuq zjara f'Malta

PR2026
Date Icon 21/10/1997
Delegazzjoni Ungeriza bhalissa tinsab Malta sabiex tinforma ruhhaahjar fuq kif jistghu jkomplu jissahhu r-relazzjonijiet bilaterali bejn iz-zewg pajjizi, kemm fuq il-livell politiku, kif ukoll fil-qasam kummercjali.
Iz-zjara tad-delegazzjoni, li dwarha kien sar qbil bejn il-PrimMinistri taz-zewg pajjizi, giet organizzata mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent u hija mmexxija minn Dr Istvan Pataki, Segretarju ta' l-Istat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Ungeriz u tinkludi wkoll lil Dr Andras Huszty, Konslu Generali Onorarju ghal Malta fl-Ungerija u Chief Executive tal-Bank ghall-Izvilupp Ungeriz, il-President tal-Kamra tal-Kummerc ta' Budapest u l-President tal-Kamra tal-Kummerc tar-regjun ta' Gyor.
Din iz-zjara qed issehh wara li delegazzjoni Maltija, mmexxijamis-Sur Albert Friggieri, zaret l-Ungerija f'Gunju li ghadda, u hemmhekk kellha tahdidiet dwar prospetti ta' negozju u kummerc bejn Malta u l-Ungerija.
Il-bierah it-Tnejn, 20 ta' Ottubru 1997, id-delegazzjoni kellhalaqghat mac-Chairman tal-NTOM, mal-Kamra tal-Kummerc Maltija, mac-Chairman tal-Mid-Med Bank u mac-Chairman ta' l-Air Malta. Id-delegazzjoni zaret ukoll il-Freeport.
Illum Dr Pataki u Dr Huszty kellhom laqgha mal-Vici Prim Ministru uMinistru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, Dr George Vella, li matulha gew diskussi materji ta' interess ghaz-zewg nahat. Id-delegazzjoni kellha wkoll l-okkazjoni tiehu sehem f'seminar organizzat mill-METCO sabiex l-Ungerizi u imprendituri Maltin ikunu jistghu jiltaqghu u jesploraw possibilitajiet ta' koperazzjoni kummercjali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow