Delegazzjoni Ungeriza fuq zjara f'Malta
PR2026
21/10/1997
| Delegazzjoni Ungeriza bhalissa tinsab Malta sabiex tinforma ruhha | ahjar fuq kif jistghu jkomplu jissahhu r-relazzjonijiet bilaterali bejn iz-zewg pajjizi, kemm fuq il-livell politiku, kif ukoll fil-qasam kummercjali. |
| Iz-zjara tad-delegazzjoni, li dwarha kien sar qbil bejn il-Prim | Ministri taz-zewg pajjizi, giet organizzata mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent u hija mmexxija minn Dr Istvan Pataki, Segretarju ta' l-Istat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Ungeriz u tinkludi wkoll lil Dr Andras Huszty, Konslu Generali Onorarju ghal Malta fl-Ungerija u Chief Executive tal-Bank ghall-Izvilupp Ungeriz, il-President tal-Kamra tal-Kummerc ta' Budapest u l-President tal-Kamra tal-Kummerc tar-regjun ta' Gyor. |
| Din iz-zjara qed issehh wara li delegazzjoni Maltija, mmexxija | mis-Sur Albert Friggieri, zaret l-Ungerija f'Gunju li ghadda, u hemmhekk kellha tahdidiet dwar prospetti ta' negozju u kummerc bejn Malta u l-Ungerija. |
| Il-bierah it-Tnejn, 20 ta' Ottubru 1997, id-delegazzjoni kellha | laqghat mac-Chairman tal-NTOM, mal-Kamra tal-Kummerc Maltija, mac-Chairman tal-Mid-Med Bank u mac-Chairman ta' l-Air Malta. Id-delegazzjoni zaret ukoll il-Freeport. |
| Illum Dr Pataki u Dr Huszty kellhom laqgha mal-Vici Prim Ministru u | Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, Dr George Vella, li matulha gew diskussi materji ta' interess ghaz-zewg nahat. Id-delegazzjoni kellha wkoll l-okkazjoni tiehu sehem f'seminar organizzat mill-METCO sabiex l-Ungerizi u imprendituri Maltin ikunu jistghu jiltaqghu u jesploraw possibilitajiet ta' koperazzjoni kummercjali. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901