Il-Prim Ministru jinawgura l-ewwel hanut tad-ditta "Tutto Chicco" f'Malta
PR2024
21/10/1997
| Il-Prim Ministru Alfred Sant inawgura ufficjalment l-ewwel hanut | tad-ditta TUTTO CHICCO f'Malta li jispecjalizza fi hwejjeg u accessorji ghat-tfal. Il-hanut jinsab fi Triq il-Wied Birkirkara. |
| Il-Kumpanija F. & G. Holdings Ltd inhatret agent | esklussiva ta' Gruppo Artsana ta' Como, l-Italja. Din il-kumpanija kienet twaqqfet fl-1946 u tletin sena ilu kienet introduciet il-prodotti CHICCO. |
| F. & G. Holdings twaqqfet kmieni din is-sena u s-sidien | tal-kumpanija lokali huma Messrs. Fino and Gauci. Messrs. Fino huma manifatturi ta' ghamara u huma involuti wkoll fl-industrija tal-kostruzzjoni. Messrs. Gauci huma maghrufa fil-qasam tas-supermarkets, l-aktar id-DAY TO DAY Supermarket ta' Birkirkara. |
| Il-Prim Ministru awgura success lill-familji Fino u Gauci | ghall-inizjattiva taghhom u tkellem dwar il-bzonn li l-konsumatur Malti u Ghawdxi jkollu prodotti ta' kwalita' x'jixtri. |
| Il-fergha TUTTO CHICCO ta' Malta hija wahda mill-akbar hwienet | tal-kumpanija fl-Ewropa. Sig. Catelli, President ta' Gruppo Artsana u rapprezentanti ohrajn Taljani tal-Kumpanija kienu prezenti ghall-inawgurazzjoni. Prezenti wkoll kien hemm l-Avukat Gavin Gulia, Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901