Ghotja ta' annimali ghal progett: Nghozzu l-Biedja
PR1974
15/10/1997
| Zewg kumpaniji kummercjali Olandizi llum pprezentaw ghotja ta' | annimali u tjur ghall-progett Hands on Farming jew kif inhu maghruf ahjar Nghozzu l-Biedja. |
| Dawn l-annimali, li jikkonsistu f'erbatax-il poni, tlett moghziet | ta' razza nana, ghaxar emu u tliet lamas, gew ipprezentati lill-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia, mis-Sur Peter Blankendaal tad-ditta Daalimpex, mis-Sur Jan van der Heuvel tad-ditta Hage International u mis-Sur Manuel Bezzina rapprezentant taz-zewg ditti Olandizi f'Malta. |
| F'kelmtejn ta' l-okkazzjoni l-Ministru Noel Farrugia qal li | bis-sahha ta' din l-ghotja ser ikun possibli biex studenti Maltin jitghallmu jgharfu u japprezzaw aktar il-biedja u jersqu aktar qrib in-natura. Fil-fatt dawn l-annimali ser jiffurmaw parti essenzjali ta' taghlim prattiku li qed jitfassal ghall-istudenti ta' pajjizna. |
| Wara li saret il-prezentazzjoni, tfal u zghazagh bi bzonnijiet | specjali, membri ta' l-Eden Foundation, gew mistiedna biex iqattghu gurnata f'dan ic-Centru, fejn inghataw tahrig dwar il-kura ta' l-annimali u kif ukoll tnissil ta' pjanti fil-qsari. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901