Jum Dinji ta' l-iStandards, 1997
PR1963
14/10/1997
| Fl-erbatax ta' Ottubru ta' kull sena tigi mfakkra l-Gurnata Dinjija | ta' l-iStandards, organizzata mit-tliet organizzazzjonijiet internazzjonali li huma l-International Organization for Standardization (maghrufa ahjar bhala ISO), l-International Electrotechnical Committee (maghrufa bhala IEC) u l-International Telecommunication Union (maghrufa bhala ITU). |
| Dawn it-tliet organizzazzjonijiet internazzjonali flimkien huma | responsabbli ghall-pubblikazzjoni ta' standards internazzjonali fid-dinja. |
| Il-gurnata kommemorattiva ta' l-istandards hija importanti | ghal diversi ragunijiet. L-ewwelnett tirraprezenta okkazjoni unika u dinamika biex jitheggeg u jitqanqal iktar interess fil-kamp ta' l-iStandardization u toffri wkoll kontribuzzjoni posittiva lejn il-kummerc dinji. |
| Bhala membru korrispondenti fl-ISO, l-Awtorita' ta' Malta | ghall-Ghemil ta' Standards (MSA) tikkommemora din il-gurnata flimkien ma' dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
It-tema maghzula ghal din is-sena hi:-
"Kummerc dinja jinhtieg standards maghrufa mad-dinja kollha"
| Peress li l-kummerc qed jinfirex mad-dinja, standards | internazzjonali joffru access ghal suq ikbar u jiffurmaw bazi ghal suq globali kif rikonoxxut mill-ftehim ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc (WTO) dwar Barrieri Teknici ghan-Negozju (Technical Barriers to Trade). Dan id-dokument jobbliga lill-pajjizi li jiffirmawh li jaddottaw standards internazzjonali bhala bazi ghat-tfassil ta' standards nazzjonali. |
| Malta hija wiehed mill-membri fundaturi ta' l-Organizzazzjoni | Dinjija tal-Kummerc (WTO). Il-membri imsiehba fit-WTO ghandhom isegwu impenn politiku ghal sistema ta' kummerc hieles billi jaddottaw standards internazzjonali. |
| Standards minn dejjem kienu marbuta man-negozju jew bdil ta' | oggetti jew servizzi bejn il-produttur u l-konsumatur. |
| L-iskop ta' l-Awtorita' ta' Malta ghall-Ghemil ta' Standards (MSA) | hu li ssegwi dan il-principju, li tippubblika standards lokali li jkunu ibbazati fuq dawk internazzjonali, u li tghin biex jizdied il-kummerc hieles f'Malta. |
| F'diskors ta' l-okkazzjoni, il-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici | u Industrija, Dr. John Attard Montalto ikkonferma l-politika tal-Gvern li taghti sostenn lill-istandards u lill-kwalita' tal-prodotti, kemm lokali kif ukoll importati. Bhala xhieda ta' din il-Ministru semma l-fatt li l-Gvern gdid ha hsieb li jwaqqaf l-MSA hekk kif inghata l-hatra. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901