Il-Ministru tat-Turizmu jinawgura s-sena akkademika ta' l-Istitut ghal Studji fit-Turizmu
PR1957
13/10/1997
| Fl-okkazjoni tal-ftuh tas-sena akkademika ta' l-Istitut ghal Studji | fit-Turizmu, il-Ministru Karmenu Vella tenna l-importanza li l-Gvern qed jaghti lil dan is-settur. |
| Huwa fisser li l-iktar fattur importanti huwa l-haddiem ta' kull | kategorija. Kien ghalhekk li qed tinghata iktar importanza ghal tahrig ahjar u ghal numru ikbar ta' nies. Fil-fatt din is-sena madwar 373 student se jibdew il-korsijiet. |
| Il-Ministru Vella fisser ukoll kif inbidlet is-sistema edukattiva | minn dik normali ghal wahda ibbazata fuq Modules u Credits, bil-ghan li din is-sistema tissodisfa domanda ikbar u ahjar ta' studenti. Fil-fatt tnehha n-Numerus Clausus li kien jezisti qabel. Bl-istess sistema qed jinghata ukoll iktar cans ghal re-training lil dawk li diga' qed jahdmu fis-settur. |
| Huwa fisser li t-Turizmu m'huwiex lukandi biss u kien ghalhekk li | nfethu iktar courses fl-ITS f'tourism studies biex jaghtu training ghal dawk li jkunu jistghu jahdmu fi Travel Agencies, Ground Handling Agencies, ma' Tour Operators u f'Resort Management. |
| Huwa mahsub ukoll li jizdied il-livell fil-korsijiet ezistenti fil-Food | and Beverages Service, Food Preparation and Production, u Accomodation Operations. |
| Bis-sistema l-gdida ta' l-edukazzjoni fl-ITS, l-industrija | turistika se thaddem lill-istudenti waqt l-istudju. Fl-istess hin is-settur privat se jkun qed jaghti kontribut ikbar fit-taghlim u tahrig. B'hekk filwaqt li l-industrija fethet iktar il-bibien taghha ghall-istudenti, l-ITS fetah iktar il-bibien tieghu ghall-industrrija. |
| Fil-futur l-ITS huwa mahsub li jitmexxa bhala Centru Regjonali | Internazzjonali. |
| Il-Ministru Karmenu Vella fl-ahharnett awgura kull success | lill-istudenti u l-istaff kollu u awguralhom li l-ITS ikun il-bidu ta' karriera serja u twila fit-Turizmu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901