Left arrow Go Back

It-Tieni Summit tal-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg: Diskussa l-qaghda finanzjarja difficli tal-Gvern u r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea

PR1949
Date Icon 11/10/1997
Matul it-tieni Summit tal-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourgid-Delegazzjoni Maltija immexxija mill-Prim Ministru Alfred Sant kellha diversi laqæat ma' Prim Ministri u Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tal-pajjiúi preúenti ghas-Summit.
Il-Prim Ministru Malti kellu laqæa ta' tliet kwarti mal-PrimMinistru demissjonarju ta' l-Italja Romano Prodi. Il-Prim Ministru Malti spejga lill-Prim Ministru Taljan is-sitwazzjoni finanzjarja diffiðli li qed jiffaððja l-Gvern Malti u kif il-Gvern Malti qed jaæti l-aqwa prijorità li jíib id-deficit ta' kwaúi 12% tal-Prodott Gross Nazzjonali (GDP) 'l isfel lejn rati aktar sostenibbli.
Il-Prim Ministru Malti ddiskuta ma' Romano Prodi l-istrateíiji libihom dawn l-æanijiet jistæu jintlaóqu u talab il-komprensjoni ta' l-Italja f'din il-óidma. Il-Prim Ministru Taljan ta s-suííerimenti tieæu u saóaq fuq kemm l-Italja taæti importanza lir-relazzjonijiet mill-qrib li jeúistu bejn l-Italja u Malta. Il-Prim Ministru Malti spjega wkoll lill-Prim Ministru Taljan li l-Gvern tieæu qed jæin biex, malajr kemm jista' jkun, jintlaóaq ftehim ta' kummerð óieles ma' l-Unjoni Ewropea biex jinkwadrah fl-istrateíija li se jkun qed isegwi. Anke f'dan ir-rigward il-Prim Ministru Prodi wieæed l-appoíí u s-simpatija ta' l-Italja.
Il-Prim Ministru Malti kellu laqæa wkoll mal-Prim Ministru tan-NorveíjaThornbjorn Jagland. F'din il-laqæa saret riferenza æall-proposti li saru lill-Agenzija tal-Gvern Norveíiú NORAID biex din tæin fil-programm ta' ristrutturazzjoni tat-Tarzna. Il-Prim Ministru Malti talab æall-appoíí tan-Norveíja æal din l-inizjattiva. Iú-úewí Prim Ministri ddiskutew ukoll l-aójar mod kif tista' tiíi koordinata aójar il-óidma biex jintlaóaq ftehim kummerðjali bejn Malta u l-EFTA. Fiú-úewí kaúi l-Prim Ministru Norveíiú wieæed l-appoíí tieæu.
Góal dawn il-laqæat kien hemm preúenti wkoll Dr. George W. Vella,Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin; Dr. John Buttigieg, Ambaxxatur Malti æall-Kunsill ta' l-Ewropa; u l-Onor. Karmenu Abela, Membru Parlamentari Laburista.
Fi stedina uffiðjali æall-Kapijiet tal-Gvernijiet u l-Ministri ta'l-Affarijiet Barranin preúenti ghas-Summit moætija mill-President Franðiú Jacques Chirac, il-Prim Ministru Malti kellu l-okkaújoni jitkellem mal-Prim Ministru ta' l-Isvezja Goran Persson u mal-Prim Ministru tal-Belíju Jean Luc Dehaene dwar il-qaæda finanzjarja tal-Gvern Malti, kif ukoll dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru Malti kellu laqæa mal-Prim Ministrutal-Lussemburgu Jean Claude Juncker li matulha fissirlu l-aóóar úviluppi fil-kuntatti bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Juncker qal lill-Prim Ministru Malti kif, ta' spiss, qed jiíi avvicinat minn íurnalisti Maltin b'mistoqsijiet ikkumplikati dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, li jkollhom rabtiet mal-politika interna f'Malta, u li naturalment, huwa ma jkunx familjari maæhom.
Il-Prim Ministru Sant tkellem ukoll mal-Prim Ministru ta' l-IúlandaDavid Oddson. Il-Prim Ministru Iúlandiú spjega æaliex l-Iúlanda mhijiex interessata li tapplika æal sóubija sóióa fl-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru Malti kellu wkoll laqæa mas-Segretarju ta' l-Istattal-Vatikan æar-Relazzjonijiet ma' l-Istati Monsinjur Jean-Louis Tauran. F'din il-laqæa íew diskussi úviluppi soðjali riðenti f'Malta kif ukoll il-politka tal-Vatikan fil-Mediterran.
Id-Deputat Prim Ministru George W. Vella kellu wkoll diskussjonitwila mal-Kummissjonarju Ewropew æall-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni Ewropea, Hans Van Den Broek. Id-Deputat Prim Ministru u Van Den Broek irrevedew il-qaæda tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-ftehim æall-kummerð óieles li l-Gvern Malti qed jisóaq fuqu. Van Den Broek æamel ðar l-impenn tieæu biex ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea jiúviluppaw fi ftehim ídid malajr kemm jista' jkun.
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Malti kellu laqæat ukollmal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Iúvizzera Flavio Cotti; mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tad-Danimarka Niels Helveg Peterson; mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Lussemburgu Jacques Poos; mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Olanda Hans Van Mierlo; mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Leichtenstein Madame Andrea Willi u mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' Andorra Albert Pintat Santolaria.
Il-Prim Ministru Alfred Sant wasal lura Malta llum kmieni waranofsinhar u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Dr. George W. Vella se jasal Malta tard illum filæaxija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow