Licenzji ghall-operat ta' Casinos f'Malta
Wara l-harga tal-'White Paper' f'Gunju 1997 mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni dwar "Proposti Godda ghall-Industrija tal-Casino f'Malta," il-MIMCOL, f'isem il-Gvern, harget zewg sejhiet ghall-proposti bil-ghan li
- taghti d-dritt ta' l-operat tal-Casino tad-Dragonara, f'San Giljan, lil operatur internazzjonali stabbilit.
- taghti wkoll l-operat ta' zewg Casinos ohra lil lukandi klassifikati bhala 'five star' u/'four star gold'.
Minn meta hargu s-sejhiet ghall-proposti, fit-22 ta' Settembru 1997, kien hemm 19-il proponent li wrew l-interess taghhom fil-Casino tad-Dragonara, filwaqt li erbatax-il proponent iehor iddikjaraw l-interess taghhom fis-sejha ghall-proposti ghal ghotja ta' licenzja biex joperaw Casino f'lukanda. L-interess li ntwera kienu minn investituri barranin kif ukoll dawk lokali.
L-Avukat Attard Montalto, Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomici u Industrija, responsabbli ghall-MIMCOL, zvela li l-proponenti nghataw zmien sas-27 ta' Ottubru 1997 sabiex jirregistraw l-interess taghhom halli jkunu elegibbli li jissottomettu l-offerti/proposti mhux aktar tard mill-5 ta' Dicembru 1997.
Sadanittant inhatar il-Kumitat ta' l-Ghazla li ser ikun responsabbli li jaghmel l-evalwazzjoni tal-proposti kif ukoll li jaghmel rakkomandazzjonijiet lill-Kabinett dwar l-ghazla ta' l-ahjar proposti.
Fl-istess hin l-Ufficcju ta' l-Avukat Generali qed jezamina l-abbozz ta' ligi gdida li ser tirregola l-Casinos f'Malta u li ser tiehu post il-ligi prezenti tal-Kursaal.
Huwa mahsub li l-process ta' l-ghazla u l-ghoti tal-licenzji jintemmu kmieni s-sena d-diehla.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901