Left arrow Mur Lura

Elezzjonijiet tal-Kunsilli SKolastici f'Ghawdex

PR1921
Date Icon 08/10/1997
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, is-Sur Evarist Bartolo u s-SegretarjuParlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo iltaqghu mal-kapijiet ta' l-iskejjel pubblici f'Ghawdex u mal-presidenti tal-kunsilli skolastici. Il-laqgha saret fid-dawl ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli skolastici li se jsiru bejn il-15 u s-17 ta' Ottubru.
Il-Ministru Evarist Bartolo heggeg ghal partecipazzjoni ikbarfil-kunsilli skolastici u qal li dawn huma mezzi ewlenin biex jinholoq bilanc tajjeb ta' amministrazzjoni bejn il-kapijiet ta' l-iskejjel, ghalliema u genituri. Huwa qal li s-success ta' l-edukazzjoni huwa rifless fl-izvilupp tat-tfal u dan ma jistax isehh minghajr koperazzjoni shiha bejn il-partijiet involuti. Il-Ministru Bartolo qal li l-kunsilli skolastici se jkomplu jissahhu b'iktar poter li jrid jigi fdat lilhom. Huwa qal li l-Ministeru u d-Dipartiment qed jahdmu fuq problemi li jezistu fl-iskejjel inkluz dik tal-"bullying", f'liema kaz qed tinghata ghajnuna minn agenziji tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali.
Is-Segretarju Parlamentari Dr Anton Refalo tkellem dwar l-importanzali jkun hemm koperazzjoni ikbar bejn kunsilli lokali u dawk skolastici u l-kapijiet ta' l-iskejjel u l-ghalliema. Huwa qal li kull parti ghandha taghti sehem biex ikun hemm progress fil-qasam edukattiv u n-nuqqas ta' koperazzjoni u f'xi kazi pika, huma barra minn lokhom ghaliex jimminaw titjib li jista' jsehh u li minnu jgawdu l-istudenti.
L-elezzjonijiet tal-kunsilli skolastici f'Ghawdex se jsiru l-Erbgha,il-Hamis u l-Gimgha 15, 16 u 17 ta' Ottubru, fl-iskejjel primarji, sekondarji u fl-iskejjel specjali; il-Hamis u l-Gimgha 16 u 17 ta' Ottubru, fl-iskejjel post-sekondarji.
Iktar tard wara l-laqgha mal-kapijiet ta' l-iskejjel, il-MinistruBartolo u s-Segretarju Parlamentari Refalo attendew ghall-inawgurazzjoni ta' librerija gdida fl-Iskola Post Sekondarja "Sir Mikelang Refalo". Il-librerija ssemmiet ghall-Professur Guze' Aquilina. Dr Anton Refalo fahhar l-inizjattiva ta' l-iskola u x-xoghol imwettaq minn haddiema tal-Gvern biex fi zmien qasir seta' jitlesta ix-xoghol fuq il-librerija ghall-beneficcju ta' l-istudenti li ghadhom kif bdew is-sena skolastika.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow