Left arrow Mur Lura

Kors ghal Social Workers f'Ghawdex

PR1917
Date Icon 07/10/1997
Fic-Centru ghal Ghawdex ta' l-Universita' ghadu kemm beda kors lijwassal ghal Certifikat fil-Kura Socjali. L-iskop tal-kors huwa li jghin fl-izvilupp ta' servizzi ta' kura socjali f'Ghawdex bil-ghan li jtejjeb il-kwalita' tal-hajja ta' persuni bi problemi socjali.
Il-kors gie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, DrAnton Refalo u qed jattendu ghalih 46 student. Il-kors huwa mifrux fuq sitt xhur fuq bazi part-time u jinkludi suggetti bhal psikologija u s-socjologija u aspetti ta' legizlazzjoni fuq hidma u sigurta' socjali. Dr Refalo qal li l-kors huwa relevanti hafna fir-realta' socjali tal-lum. Huwa qal li l-Gvern huwa impenjat li jghin anke lill-volontarjat u organizzazzjonijiet mhux governattivi biex jizviluppa servizzi ta' appogg bil-ghan li persuni bi problemi socjali ma jkunux emarginati u jigu integrati tajjeb fis-socjeta'.
Dan il-kors huwa organizzat mill-Universita' bil-kollaborazzjonitas-Social Welfare Development Programme (SWDP), is-Social Work and Social Administration Unit tad-Dipartiment tal-Public Policy fl-Universita' u bl-appogg tal-Ministeru tas-Sahha u tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow