Left arrow Mur Lura

Il-Jum Dinji ta' l-Ikel - Festa Popolari fil-Buskett

PR1916
Date Icon 07/10/1997
Bhala parti mill-attivitajiet organizzati mill-Ministeru tal-Biedjau Sajd b'konnessjoni mal-Jum Dinji ta' l-Ikel, nhar il-Hadd, 12 ta' Ottubru 1997, se tigi organizzata Festa Popolari fil-Gonna tal-Buskett.
Malta nghaqdet ma' pajjizi ohra mid-dinja kollha biex, taht l-awspicital-Ghaqda Dinjija ta' l-Ikel (FAO), jingabru fondi u preserves biex jigu mghoddija lil dawk li qeghdin ibatu l-guh madwar id-dinja. Il-guh fid-dinja ghadu jeqred miljuni ta' hajjiet, inkluzi tfal u morda. Huwa stmat li aktar minn 800 miljun persuni ibatu l-guh.
Il-Festa Popolari tal-Buskett, il-Hadd li gej, hija ntiza biexil-familji Maltin jaghtu s-sehem taghhom f'din l-attività.
Fil-Buskett, il-familji jkunu jistghu jiddevertu u jghinu. Minbarrali se jigbru ghotjiet ta' preserve u flus, ic-Centru Animazzjoni Missjunarja ser ikollhom ukoll ghal-biegh ikel Malti. L-Ghaqda tal-Ghomja "Torball" se tmexxi fiera zghira. Bhala attività edukattiva n-Nutrition Unit tad-Dipartiment tas-Sahha ser ikollhom stand min fejn jinghataw pariri dwar l-ikel u s-sahha. Kantanti popolari Maltin wkoll ser jaghtu s-sehem taghhom f'varjetà li tibda fit-3.00 ta' wara nofsinhar.
L-attività ghat-tfal ser tibda mill-10.00 ta' filghodu. Ser ikunhemm varjetà ta' loghob. Barra minn hekk it-tfal se jkunu jistghu jirkbu fuq il-ponijiet u jaghmlu dawriet bil-karozzin mal-Buskett. Ser jigu organizzati wkoll dawriet kulturali u attivitajiet ohra.
Ghalhekk il-familji Maltin, li minn dejjem kienu generuzi, ghandhomjaghtu sehemhom f'din il-kawza nobbli, li jghinu bil-fatti lil min hu bil-guh, billi l-Hadd li gej mill-10.00 ta' filghodu 'l quddiem jattendu ghal din il-Festa Popolari fil-Buskett.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow