Left arrow Go Back

Gimgha ghas-Sahha Mentali

PR1911
Date Icon 06/10/1997
"Accettani kif jien - Din hija t-tema li se tintuza dinis-sena ghall-Gimgha ghas-Sahha Mentali". Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia.
Il-Ministru Farrugia qal li l-kura tal-mard mentali tista' tiehuminn ftit granet sa snin twal. Izda dejjem jibqa' fatt li rridu nahdmu sabiex dawk il-pazjenti li huma tajbin biex, bil-mod, jigu ntegrati lura fil-kommunita', ikunu jistghu jaghmlu dan. Il-gimgha li ghaddiet kien hemm 14-il pazjent flimkien ma' 4 staff li gew milqghuha fil-lukanda GoldenSands. Dawn ghamlu tlitt ijiem jghixu gol-lukanda jieklu fl-istess ristorant mal-barranin u kellna rizultat pozittiv hafna.
"Irridu nuru li l-persuni b'mard mentali huma persuni lijbaghtu minn marda li ghaliha qed jiehdu l-kura, permezz ta' medicini u terapija," kompla jghid il-Ministru Farrugia.
Huwa qal li fl-ahhar tas-sena twaqqaf il-Hospital ManagementTeam li hu maghmul minn l-oghla awtoritajiet tat-tmexxija ta' l-isptar fejn jirrigwardja l-kura, sabiex jaraw l-implimentazzjoni tal-istudju li jsir, kif ukoll jaraw li x-xoghol jimxi l-quddiem.
Regghet twaqqfet ukoll il-Kummissjoni ghar-Riforma fis-SahhaMentali bil-Professoressa Marie Therese Camilleri Podesta bhala chairperson. L-iskop ta' din il-Kummissjoni hu li ssir WhitePaper li tigbor fiha l-kura tal-mard mentali u sabiex pazjenti li jkunu hadu l-kura ghall-mard mentali jkunu jistghu jergghu jintegraw ruhhom fis-socjeta'. Bhalissa hemm 530 pazjent fl-iSptar Monte Carmeli. Minn dawn hemm 40% li jistghu jmorru lura fil-kommunita'.
Dan il-process irid jimxi bil-ghaqal u minghajr ghaggla zejdasabiex, malli l-pazjent jidhol lura fil-kommunita' jibqa' jigi assessjat minn infermiera, careworkers u terapisti, biex malli jaraw li jista' jkun hemm bzonn xi kura medika din tkun tista' tinghata mill-ewwel qabel ma l-pazjent jiddeterjora.
Pazjenti mentali gieli jiltaqghu ma' problemi li jinkludu postadekwat fejn joqghodu meta johorgu mill-isptar. Problemi ohra huma l-finanzi u r-resistenza mill-girien. Din ir-rezistenza fl-ahhar tispicca, biex min joffri r-rezistenza jkun minn ta' quddiem biex fl-ahhar mill-ahhar joffru l-ghajnuna tieghu lil dawn il-pazjenti, bhal ma gara f'pajjizi ohra.
Il-Ministru Farrugia enfasizza l-htiega ta' assessment bhalal-aktar principju mportanti.
Huwa semma wkoll li se tidhol sistema ta' management gdid fl-iSptarMonte Carmeli. Qal ukoll li hemm ghadd ta' swali li huma msejha s-swali tal-kastig u dawn iridu jigu rrangati sabiex il-kuncett taghhom ikun wiehed ta' kura medika u mhux ta' kastig ghall-impjegati li jahdmu fihom. B'hekk titnehha darba ghal-dejjem l-istigma fuq dawn is-swali.
Is-sitwazzjoni ta' l-elettriku tal-iSptar Monte Carmeli qed tigistudjata halli tigi upgraded.
Din il-gimgha jitlesta r-refurbishment tas-SocialCentrefl-Isptar u dalwaqt tinfetah is-PsycoGeriatricUnit.
Dawn il-progetti se jkunu mahsuba biex jintuzaw ukoll minn persunib'dizabbilita'.
Illum ukoll gew imnedija leaflets ta' informazzjoni dwar is-SahhaMentali. Dawn jistghu jinkisbu, minn fost postijiet ohra, il-Health Information Unit, Merchants Street, Valletta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow