Ir-riabilitazzjoni fis-socjeta' ta' pazjenti b'mard mentali
PR1898
03/10/1997
| "Grazzi ghall-generozità tas-Sur Neville Fenech u l-management | tal-Golden Sands Hotel, erbatax il-pazjent mill-iSptar Monte Carmeli kif ukoll erba' mpjegati gew moghtija tliett ijiem u zewg iljieli full board b'xejn fil-lukanda msemmija". Dan qalu l-Ministru Ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia meta ltaqa' mal-pazjenti fil-lukanda Golden Sands. |
| Dawn il-pazjenti qattghu dawn il-granet jghixu hajja normali ta' | lukanda mhallta mar-residenti barranin u jieklu fl-istess ristorant maghhom. Il-pazjenti ttiehdu hargiet kulturali u anke wzaw it-trasport pubbliku. Dan jawgura tajjeb ghal programm ta' rijabilitazzjoni tal-marid mentali. |
| Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-Kummissjoni Nazzjonali | ghas-Sahha Mentali qieghda tipprepara White Paper li twassal ghal titjieb fir-rijabilitazzjoni fis-socjeta' tal-pazjenti b'mard mentali. |
| Il-Ministru Farrugia semma wkoll li ser tkompli ssir hidma sabiex | isir ir-refurbishing kollu necessarju tas-swali kollha tal-iSptar Monte Carmeli. Certi kuncetti ta' swali hemm bzonn li jinbidlu ghal kollox. |
| Fil-granet li gejjin se jsiru diversi attivitajiet dwar is-sahha | mentali, se tinfetah 'Day Rehabilitation Unit for the Elderly' fl-isptar u wkoll qed jigi refurbished is-Social Centre sabiex jitgawda kemm mill-pazjenti, kif ukoll mill-familjari taghhom u l-istaff kollu ta' l-isptar. |
| Il-Ministru Farrugia kompla jghid li se jibqa' ghaddej bil-programm | ta' dixxiplina fost l-impjegati tad-dipartiment kollu ghaliex jemmen li kullhadd ghandu jigbed habel wiehed. Huwa fahhar lil maggoranza kbira ta' haddiema tax-xoghol, id-dixxiplina u d-dedikazzjoni taghhom lejn il-pazjenti, biss hu mhux lest li jhalli li l-ftit ihammgu lill-maggoranza tal-impjegati. |
| Huwa qal li ghalkemm qed isir theddid f'sens li hemm xi hadd li ma | jixtieqx li jibqghu isiru dawn l-ispot checks, xorta wahda se jibqghu isiru. Fl-ahhar mill-ahhar bis-sens ta' serjeta kif ukoll bis-sens ta' responsabbilta' jkunu qieghdin igawdu kemm dawk li verament ghandhom bzonn, u li huma hafna, kif ukoll il-pazjenti ta' l-isptarijiet u dawk kollha li jigu biex juzaw is-servizzi tad-Dipartiment tas-Sahha. |
| Il-Ministru Michael Farrugia awgura l-isbah xewqat lill-pazjenti u | awguralhom ghall-kumplament tal-harga taghhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901