Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti jiehu sehem f'Konferenza Ewropea ta' l-Isport

PR1879
Date Icon 02/10/1997
Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti,in-Nutar Joe Cilia indirizza it-tlettax-il konferenza Ewropea ta' l-Isport f'Amsterdam fit-tieni jum taghha. Fid-diskors tieghu, in-Nutar Cilia rrefera ghar-rwol li l-isport ghandu fil-hajja moderna, kemm dak socjali u kemm dak ta' mezz ghall-hajja aktar sana.
Huwa ghamel enfasi fuq il-htiega li l-ghaqdiet volontarji jinghatawl-ghajnuna kollha mehtiega biex tizdied aktar il-partecipazzjoni fl-isport. Is-Segretarju Parlamentari nhatar wkoll bhala Chairman ta' sessjoni ta' l-istess konferenza.
Il-konferenza, li ghaliha attendew delegazzjonijiet mill-istatikollha ta' l-Ewropa giet indirizzata mill-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, Juan Antonio Samaranch, fost kelliema ohra distinti.
L-ghan principali tal-konferenza hu li tinsab soluzzjonighall-hafna problemi li qed jiffaccja l-isport fl-izvilupp li ghaddejja minnu l-Ewropa.
Il-konferenza irrikonoxxiet b'sodisfazzjoni l-fatt li fit-Trattatta' Amsterdam li gie ffirmat mill-membri ta' l-Unjoni Ewropea din il-gimgha, ddahhlet ghall-ewwel darba referenza ghall-isport u l-importanza li l-ghadqiet sportivi ghandhom fil-hajja moderna.
Ma' l-gheluq tal-konferenza bdew it-thejjijiet ghall-konferenza lijmiss li ser issir f'Malta fl-1999.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow