Bord gdid ghall-Awtorita' tad-Djar: F'pajjizna hawn 8,000 post sub-standard u mhux adekwat
PR1876
01/10/1997
| Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, qal li mic-censiment | li sar fl-1995, hareg li fil-pajjiz hawn mat-8,000 post abitat li huwa sub-standard jew inadekwat. Dan juri, qal il-Ministru, il-problema akuta ta' housing li sab ma' wiccu bhala Ministru, izda li l-Gvern huwa impenjat bil-qawwa kollha li jtaffi. Il-Ministru qal dan meta kien qieghed jindirizza l-ewwel laqgha tal-Bord il-gdid ta' l-Awtorita' tad-Djar li ghadu kif inhatar. |
| Il-Ministru, wara li ferah lic-Chairman il-gdid u | lill-membri tal-Bord, qal li l-Awtorita' minn Ottubru tas-sena l-ohra allokat 414-il post u dalwaqt tohrog ghall-bejgh numru ta' postijiet ohra. Huwa qal li f'Awissu l-Awtorita' harget ghall-bejgh 74 post, li ghalihom applikaw 1089. |
| Is-Sur Portelli kompla jghid li l-pajjiz ghandu quddiemu problema | kbira ghax hafna postijiet huma battala. Infatti hemm aktar minn 20,000 post battal. Huwa qal li l-Gvern jixtieq li hafna minn dawn il-postijiet jinhargu fis-suq ghall-bejgh jew ghall-kiri. B'hekk il-pajjiz jiffranka l-finanzi u l-art. |
| Il-Ministru qal li kien ghalhekk li l-Gvern waqqaf Kummissjoni | apposta biex tirrevedi l-ligijiet tal-kera. "Dan qeghdin naghmluh l-aktar biex is-sidien jaghmlu kuragg u johorgu l-postijiet battala fis-suq ghaliex gara li l-emendi li kienu saru fil-Ligi tal-Kera mill-Gvern ta' qabel, ma kienux bizzejjed", qal il-Ministru. |
| Huwa kompla jghid li barra din il-mizura, l-Awtorita' tad-Djar u | anke d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, ghandhom skemi biex jghinu halli dawn il-postijiet battala johorgu fis-suq ghall-Maltin. Il-Ministru qal ukoll li hemm il-hsieb li dawn l-iskemi jitjiebu u dan ghaliex il-Gvern jemmen fis-sehem tas-settur privat f'dan il-qasam. |
| Il-Ministru, waqt li izza hajr lill-Bord ta' qabel, ferah lic-Chairman | u lill-Bord ghall-hatra taghhom. Ic-Chairman il-gdid, is-Sur Victor Galea qal li l-Bord huwa konxju mill-problemi kbar ta' housing li hawn fil-pajjiz u wieghed lill-Ministru l-impenn tieghu u ta' shabu biex din il-problema tittaffa. |
| Il-membri tal-Bord huma l-Avukat Joseph Azzopardi, il-Perit Piju | Busuttil, it-Tabib Dr. George Grech, is-Sur Carmel Esposito, li huwa wkoll Direttur tad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, is-Sinjura Carmen Sant, is-Sinjura Valentina Bonello u s-Sur Clyde Attard. Is-Sur Victor Sciberras Grioli huwa s-Segretarju tal-Bord. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901