Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent dwar il-politika nazzjonali fuq l-immaniggjar ta' l-iskart
pr1866
30/09/1997
Il-kabinett qieghed fl-ahhar fazijiet tad-diskussjoni qabel ma jippubblika abbozz tal-politika nazzjonali dwar l-immaniggjar ta' l-iskart. Il-pubbliku se jkun jista' jaghti r-reazzjonijiet tieghu ghal dan l-abbozz qabel ma mbaghad tittiehed decizjoni finali.
Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent Dr George Vella waqt konferenza stampa dalghodu.
F'din il-konferenza stampa Dr Vella habbar ghadd ta' attivitajiet b'tema ambjentali li l-Ministeru ghandu ppjanati sa l-ahhar ta' din is-sena. Aktar informazzjoni dwar dan il-programm qed tighata ma' din l-istqarrija.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901