Il-Prim Ministru fi New York: Diskussa l-koperazzjoni Ewro-Mediterranja bejn Malta u Gvernijiet tal-Mediterran
Fil-Kwartieri Generali tal-Gnus Maghquda fi New York, il-Prim Ministru ta' Malta, Alfred Sant, kellu ghadd ta' laqghat ma' mexxejja ta' Gvernijiet Ewropej u tal-Mediterran li matulhom giet diskussa l-politika Ewro-Mediterranja ta' Malta u l-koperazzjoni bejn pajjizi Ewropej u dawk tal-Mediterran.
Il-Prim Ministru Malti kien il-mistieden tal-Prim Ministru tal-Marokk, Abdellatif Filali, flimkien ma' ghadd ta' rapprezentanti ta' Gvernijiet ohra tal-Mediterran, fosthom il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Egittu, Amr Moussa; il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tas-Sirja, Farrouk Al Shaara; u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Libanu, Fares Bouez.
Il-Prim Ministru kellu tahditiet bilaterali mal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Italja, tal-Portugal, ta' Cipru u tal-Grecja. Dr. Alfred Sant ta' rendikont tal-politika Ewropea gdida tal-Gvern Malti li hija mahsuba li tkun ta' gid ghal Malta, ghall-pajjizi ta' l-Ewropa u ghall-pajjizi tal-Mediterran. Il-Prim Ministru spjega l-politika Maltija rigward l-izviluppi fir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea fl-isfond tas-sitwazzjoni regjonali.
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan, Lamberto Dini, qal li r-relazzjonijiet bejn l-Italja u Malta huma tajbin hafna u qal li l-Italja thares lejn il-politika gdida tal-Gvern Malti bl-akbar serjeta'. Il-Ministru Dini wiehed l-appogg ta' l-Italja biex jkun hemm l-aqwa relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Taljan inghata rendikont tal-problema finanzjarja li qed jiffaccja l-budget tal-Gvern Malti.
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Portugal, Jaime Gama, qal li pajjizu hu favur t-tishih tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Dwar il-process Ewro-Mediterranju, il-Ministru Gama qal li hemm bzonn isir progress specjalment fl-oqsma ekonomici u socjali u dawk ta' koperazzjoni inkluz il-kummerc.
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' Cipru, Ioannis Kassoulides, informa lill-Prim Ministru Malti dwar l-istat prezenti tad-diskussjonijiet fuq il-kwistjoni ta' Cipru li qeghdin isiru taht l-awspici tal-Gnus Maghquda. Hu qabel li ghandu jizdied il-kuntatt bilaterali bejn Malta u Cipru sabiex tissahhah il-koperazzjoni f'setturi diversi bhalma huma l-ambjent, l- energija solari, t-turizmu u l-kummerc.
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Grecja, Theodoros Pangalos, esprima s-sodisfazzjoni tieghu u ta' pajjizu ghar-relazzjonijiet tajba li jeziztu bejn Malta u l-Grecja. Hu wieghed ukoll l-appogg tieghu sabiex r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea jkomplu jitjiebu. Il-Ministru Pangalos semma wkoll l-possibilitajiet li jezistu sabiex jittnedew progetti flimkien bejn Malta u l-Grecja, fosthom l-industrija tat-turizmu fil-Mediterran.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901