Left arrow Go Back

Presentazzjoni ta' certifikat lis-sinjura Sina Bugeja - Health Promotion Officer

pr1849
Date Icon 26/09/1997

Illum saret il-prezentazzjoni ta'certifikat mill-Commonwealth Secretariat lis-Sinjura Sina Bugeja - Health Promotion Officer fid-Dipartiment tas-Sahha. Dan ic-certifikat gie pprezentat mill-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr. Michael Farrugia, akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari ghad-drittijiet tan-Nisa, is-Sinjura Helena Dalli.

Is-Sinjura Sina Bugeja spjegat il-programm "Hu Hsieb", programm fuq Sahhet il-mara, li sar b'koordinazzjoni mal-Kunsilli Lokali. F'dan il-programm kien hemm 19-il Kunsill Lokali li b'xi mod jew iehor hadu sehem f'dan il-programm. Kien hemm xi kunsilli lokali li hadu sehem attiv hafna.

Is-Sinjura Bugeja qalet ukoll li qed jigi ppreparat programm iehor fuq sahhet il-mara. Dettalji ta' dan il-programm se jkunu mxandra aktar il-quddiem.

Is-Segretarja Parlamentari Helena Dalli fahhret lis-Sinjura Sina Bugeja ghas-sehem taghha biex tippromwovi il-mara u sahhitha. Hija fahhret il-mod li permezz ta' dan il-programm tqajjmet kuxjenza dwar il-bzonn ta' prevenzjoni ta' mard. Dan iwassal biex mhux biss in-nisa Maltin, imma anke l-familji taghhom jghixu aktar b'sahhithom 'l boghod mill-mard. Il-programm li hadu sehem fih il-kunsilli lokali lahaq numru kbir ta' nisa li setghu jippartecipaw fih u b'hekk jaggornaw ruhhom dwar sahhithon u s-sahha tal-familja taghhom.

Il-Ministru Michael Farrugia fahhar ukoll lis-Sinjura Bugeja ghall-mod attiv taghha fi hdan id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha. Huwa semma t-tilqim b'xejn li qed jinghata bhala prevenzjoni mill-mard, lit-tfal kollha ta'Malta u Ghawdex. Il-Ministru Farrugia qal ukoll li fil-laqgha li kellu mad-diretturi tal-Ghaqda Dinjiji tas-Sahha (W.H.O) sar ftehim li parti mill-flus li jinghataw lil Malta ghandhom jintefqu sabiex isir "Audit" tax-xoghol li jsir fid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha. Huwa semma wkoll ix-xoghol utli u fejjiedi li qed jinghata mid-Dipartiment tas-Sahha ghac-cittadin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow