Analizzata s-sistema tad-drenagg f'Marsalforn
Tul dawn l-ahhar gimghatejn sar xoghol estensiv ta' analizi tas-sistema tad-drenagg f'Marsalforn. Ix-xoghol twettaq wara li l-istess ezercizzju, li fih jintuza apparat specjalizzat mikri minghand kumpanija Taljana, twettaq b'success fix-Xlendi iktar kmieni dan is-Sajf.
L-apparat li jintuza ghal dan it-tip ta' screening jinkludi cameras li jidhlu fis-sistema tad-drenagg taht l-art u permezz taghhom jigu lokalizzati hsarat fis-sistema. Din il-hidma qed tkopri mal-5000 metru tas-sistema tad-drenagg f'diversi partijiet residenzjali ta' Marsalforn. Ix-xoghol kollu ta' tiswija fuq il-hsarat li jirrizultaw ghandu jitlesta sa Dicembru.
L-ghan ewlieni ta' din il-hidma huwa li filwaqt li jkun assigurat li s-sistema tad-drenagg tkun qed tahdem b'mod efficjenti, il-bajja ta' Marsalforn tkun imharsa minn tniggiz li jirrizulta minhabba hsarat f'katusi tad-drenagg. L-istess sistema ta' tiswija twettqet ftit xhur ilu fix-Xlendi u kienet success. Ix-xoghol inbeda wara inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901