Left arrow Go Back

Il-Gvern jahtar Chairman gdid ghal Bank of Valletta

pr1844
Date Icon 26/09/1997

Il-Gvern óatar lil Dr. Reno Borg LL.D. bóala Chairman tal-Bank of Valletta góas-sentejn li íejjin. Il-Gvern innota b'sodisfazzjon li Dr. Borg rtira l-kandidatura politika tiegóu sabiex ikun jista' jaqdi aójar l-obbligi tal-kariga l-ídida ta' Chairman tal-Bank of Valletta Ltd.

Filwaqt li jirringrazzja lil Dr. John C. Grech góas-servizz utli u siewi li ta bóala Chairman tal-Bank, il-Ministru tal-Finanzi u Kummerð, Leo Brincat, innota li Dr. Grech góaúel góar-raíunijiet tiegóu li ma jaððettax ic-Chairmanship ta' l-MFSC li íie offrut lilu.

Il-curriculum vitae ta' Dr. Reno Borg isegwi.


Curriculum Vitae

L-Avukat Reno Borg twieled fl-24 t'April, ta' l-1953, f'B'Kara. Huwa studja fl-Universita' ta' Malta fejn iggradwa b'Baðellerat fl-istorja cum laude, kiseb il-Master's degree sentejn wara u gradwa wkoll bóala nutar u avukat. Huwa kien impenjat fi studji wkoll fl-Ingilterra u l-Italja.

Óadem bóala góalliem, u Uffiðjal Amministrattiv fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, fl-Uffiððju tal-Prim Ministru u fl-Uffiððju ta' l-Avukat Íenerali. Kien jgóallem il-Liíi Industrijali fl-Universita' ta' Malta.

L-Avukat Reno Borg kien ukoll avukat tar-Repubblika u óadem bóala avukat tal-Mid-Med Bank, tal-Lohombus Bank u tal-Bank of Valletta Ltd. Kien ukoll avukat tal-Korporazzjoni Enemalta u Chairman tal-Bord tad-Dixxiplina tal-Korporazzjoni Telemalta u Chairman ta' l-Engineering Board. Waqqaf u mexxa diversi koperattivi li góadhom joperaw b'suððess sal-llum.

Fil-qasam diplomatiku, kien góal diversi snin, Kap tad-Delegazzjoni Maltija góall-Konferenza Dwar is-Sigurta' u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u delegat góall-Konferenza dwar il-Law of the Sea tal-Ínus Magóquda.

Barra minn hekk, kiteb il-ktieb Malta u l-Faxxiúmu, u kien kontributur regolari f'íurnali lokali.

L-Avukat Reno Borg serva góal numru ta' snin bóala direttur fil-Bank of Valletta Ltd. u huwa avukat prattikanti fil-Qrati Maltin.

Huwa rtira l-kandidatura politika tiegóu sabiex ikun jista' jaqdi aójar l-obbligi tal-kariga ídida ta' Chairman tal-Bank of Valletta Ltd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow