Left arrow Go Back

Inawgurata d-Day Surgery Ward fl-Isptar San Luqa

pr1836
Date Icon 25/09/1997

Illum giet inawgurata ufficjalment id-Day Surgery Ward fl-Isptar San Luqa. Din infethet mill-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia, u tbierket minn Dun John Vella chaplain fil-kappella ta' l-Isptar.

F'kelmtejn ta' l-okkazjoni, il-Ministru Farrugia qal li din is-sala taghmel parti minn sistema ta' modernizzar fil-management ta' l-isptarijiet fil-gzejjer Maltin. Pazjenti f'din is-sala se jkunu jistghu jidhlu filghodu, issirilhom l-operazzjoni, u filghaxija jergghu jmorru lura d-dar. Dan huwa servizz gdid u modern li ilu snin shah jintuza minn sptarijiet ewropej. Il-qraba tal-pazjent f'din is-sala jithallew il-hin kollu hdejn il-pazjent.

Il-Ministru Farrugia qal li x-xoghol strutturali, tibdil u mmodernizzar irid jibqa' ghaddej fl-Isptar San Luqa filwaqt li fl-istess hin jinbena l-Isptar f'Tal-Qroqq.

Huwa qal li sistemi godda ta' management iridu jibdew jahdmu minn issa u meta nigu biex immorru f'Tal-Qroqq is-sistema ta' management tkun diga bdiet issir effettiva.

Il-Ministru qal li l-Management Efficiency Unit (M.E.U.) flimkien mad-Dipartiment tas-Sahha qed jahdmu fis-sistema ta' l-Isptar sabiex jittejbu s-sistemi li ghandna, u nzidu servizzi godda ghac-cittadin.

Huwa semma l-problema tad-Dipartiment ta' l-Outpatients, u qal li se tibda tithaddem sistema sabiex ma jkunx hemm iffullar.

Il-Ministru Michael Farrugia spicca d-diskors tieghu billi rringrazzja lil kulhadd, kemm lit-tobba u l-paramedici, kif ukoll lil haddiema li hadmu sabiex il-progett seta' jitlesta fiz-zmien stipulat.

Huwa rringrazzja wkoll lill-istaff tad-Day Surgery Ward kif ukoll lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor, dirett jew indirettament hadmu ghas-success ta' dan il-progett.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow