Il-Prim Ministru se jindirizza t-52 Sessjoni ta' l-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda
Il-Prim Ministru Alfred Sant illum telaq minn Malta biex jiehu sehem fit-52 sessjoni ta' l-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda fi New York. Il-Prim Ministru mistenni jindirizza l-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda u jiltaqa' mas-Segretarju Generali tal-Gnus Maghquda Kofi Annan. Il-Prim Ministru se jkollu wkoll ghadd ta' tahditiet bilaterali ma' Prim Ministri u Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' diversi pajjizi kemm idum il-Gnus Maghquda.
Fi tmiem il-gimgha, il-Prim Ministru mistenni jzur il-Kanada fejn se jkollu laqghat mal-Gvern Kanadiz.
Il-Prim Ministru mistenni wkoll jkollu laqghat mal-kommunitajiet Maltin ta' New York u ta' Toronto.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Onor. Carmelo Borg, MP u mis-Sur Joe Borg, Assistent Personali tal-Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901