"Se jittiehdu l-mizuri mehtiega biex l-ekonomija timxi 'l quddiem" - Il-Prim Ministru
Il-Prim Ministru Alfred Sant qal li fil-Budget il-Gvern se jhabbar mizuri marbutin ma' pjan ghall-harsien tal-finanzi pubblici u ghall-izvilupp ta' l-ekonomija Maltija. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed ihares lejn il-mizuri serji kollha li jistghu jittiehdu biex l-ekonomija ta' pajjizna timxi 'l quddiem u l-finanzi tal-Gvern jergghu jitpoggew fuq bazi soda.
Il-Prim Ministru, li kien intervistat mill-istazzjon nazzjonali PBS, qal li hemm hafna mizuri li qeghdin jigu diskussi u evalwati. Dawn mistennija jithabbru meta jitressaq il-Budget fl-ewwel gimgha ta' Novembru. Dawn il-mizuri huma mahsuba biex iharsu l-finanzi pubblici u ta' l-ekonomija u biex jipprovdu l-bazi ghall-progress fil-futur.
Il-Prim Ministru ddeskriva r-rapporti li jista' jkun hemm zvalutazzjoni tal-Lira Maltija bhala 'spekulazzjoni vojta li m'hemmx post ghaliha'. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jkun qieghed ihejji u jmexxi 'l quddiem programm ta' mizuri li bih il-finanzi tal-Gvern jergghu jiehdu s-sahha u fl-istess hin jippermettu li l-ekonomija privata timxi 'l quddiem. Dr. Sant qal li bhalissa pajjizna jinsab f'sitwazzjoni fejn l-ekonomija privata ghandha kull cans li tizviluppa u tkompli tikber. Il-Prim Ministru enfasizza izda, li jekk il-finanzi tal-Gvern jithallew kif inhuma, dawn isiru piz kbir u tqil wisq fuq l-ekonomija.
'Li rridu naghmlu hu li nhaffu l-piz tal-finanzi pubblici permezz ta' mizuri li jergghu jissanaw l-ekonomija u jressqu l-hrug tal-Gvern lejn id-dhul tal-Gvern.'
Il-Prim Ministru qal li dan jghin biex ikompli jaghti n-nifs biex l-inizjattiva privata tista' tizviluppa fil-qasam tat-turizmu u tal-manifattura, specjalment dik ghall-esportazzjoni. Dik se tkun il-mira tal-pjan li se nkunu qed inhabbru, qal il-Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901