Left arrow Go Back

Iz-Zjara tal-Ministru Noel Farrugia f'Bari

pr1823
Date Icon 24/09/1997

B'rizultat ta' zjara li l-Ministru Noel Farrugia ghamel f'Bari, fl-Italja, intlahqu arrangamenti sabiex bdiewa u studenti zghazagh konnessi mal-qasam tal-Biedja jibdew jitharrgu fl-Italja fuq diversi aspetti ta' produzzjoni agrikola moderna u xjentifika.

Dan bil-ghan li f'pajjizna tkompli tikber il-prattika u l-efficjenza fil-produzzjoni sabiex il-konsumatur Malti jkun assigurat mill-kwalità u l-prezentazzjoni ahjar ta' hxejjex u frott.

Waqt zjara tal-Ministru, gew iffinalizzati wkoll l-arrangamenti ghax-xiri ta' makkinarju u serer sabiex il-progetti ta' Wied il-Qlejgha u dak ta' titjieb tal-produttività fic-Centru ta' Mikropropagazzjoni jitlestew fil-iqsar zmien possibbli.

Fil-fatt huwa mistenni li dan il-makkinarju li nxtara mill-fondi tar-raba' protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Italja jasal Malta fil-granet li gejjin.

Fid-diskors tieghu fil-ftuh tal-konferenza dwar il-problemi ta' irrigazzjoni fil-pajjizi tal-Mediterran, il-Ministru Noel Farrugia ghamel riferenza ghall-hidma li qed titwettaq mill-Istitut Agronomiku ta' Bari u mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura tal-Ministeru tieghu fil-progett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgha, bl-iskop ahhari li tizdied il-hazna ta' ilma ghat-tisqija u fl-istess waqt jissebbah l-ambjent naturali tal-Gzejjer Maltin.

Diskussjonijiet ohra li kellu l-Ministru Noel Farrugia fl-Italja kienu jinvolvu tahdidiet ma' awtoritajiet politici, kemm regjonali u lokali, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet mill-qasam tal-volontarjat bl-iskop li jigu stabbiliti kuntatti konkreti f'dan il-livell ma' kunsilli lokali u organizzazzjonijiet Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow