Left arrow Go Back

Il-Ministru Alfred Portelli jzur lil vittmi tal-gharar f'Birkirkara

pr1820
Date Icon 23/09/1997

Bhal ma jigri dejjem wara xi lejl ta' xita qawwija, l-Ministeru ghad-Djar u d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali jkollhom hafna talbiet ghall-ghajnuna minn nies li jirrappurtaw hsarat fid-djar taghhom. Dal-lejl izda, minhabba li x-xita kienet ferm aktar mis-soltu, t-talbiet kienu hafna u minn diversi rkejjen ta' Malta.

Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, bhal ma jaghmel dejjem, mar izur post fi Triq Mannarino, Birkirkara, fejn il-hsara kienet fost l-aghar li gew rapportati. Hawnhekk il-Ministru iltaqa' mas-Sur Manwel Scerri li joqghod f'Dar Santa Rita f'dik it-Triq, li mal-lejl volum enormi ta'ilma dahal b'qawwa kbir fis-sular t'isfel tad-dar tieghu, fejn ghandu l-kcina u barra li kaxkarlu kollox, qered saqaf li ceda bil-pressa tal-ilma.

Is-Sur Portelli ttiehed idur id-dar tas-Sur Scerri li anke qabel dan l-gharar kienet diga fi stat hazin u anke ntwera minn fejn ghadda l-ilma. Il-Ministru filwaqt li wera simpatija mal-familja Scerri qalilhom li d-Dipartiment kien qieghed f'konsultazzjoni mieghu bil-ghan li jinstab post alternattiv ghal din il-familja.

Il-Ministru qalilhom ukoll li fin-nofs ta' nhar ta' dal-ghodu dahlu rapporti ohra ta' hsarat minn Hal Ghaxaq, mill-Hamrun, u mill-Marsa. F'Hal Ghaxaq l-ilmijiet sfrondaw hajt tal-bitha u wara faqa' bibien u twieqi u kaxkar l-ghamara kollha. Fil-kazijiet tal-Hamrun u l-Marsa sfrundaw xi soqfa.

Fil-kazi kollha d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali baghat l-ufficjali tieghu biex jezaminaw kull kaz partikulari biex, fejn jitolbu c-cirkustanzi, r-residenti jinghataw akkomodazzjoni alternattiva temporanja.

Il-Ministru dal-ghodu kien akkumpanjat mill-Konsulent tieghu Dr. Stefan Buontempo u l-Assistent Personali, is-Sur Michael Micallef flimkien ma' ufficjali ohra mil-Ministeru u d-Dipartiment.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow