Zjara ta' l-ahhar lill-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent
L-Ambaxxatur ta' l-Olanda, l-Eccellenza Tieghu Charles Ronald van Beuge, illum ghamel zjara ta' l-ahhar lill-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it -Tabib George W. Vella.
L-Ambaxxatur van Beuge, li kellu rwol importanti hafna fl-organizzazzjoni tal-Konferenza Ewro-Mediterranja li saret f'Malta f'April li ghadda, wera d-dispjacir tieghu li se jkollu jhalli l-kariga tieghu ta' Ambaxxatur ghal Malta. Huwa jqis li din il-kariga kienet wahda importanti ghalih.
Il-Vici Prim Ministru u l-Ambaxxatur van Beuge ddiskutew il-politika barranija ta' Malta b'referenza partikulari ghar-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropeja. Il-Ministru Vella sejjah din ir-relazzjoni rrispettata u accettata minn hafna pajjizi Ewropej. Huwa rrefera wkoll ghaz-zjara tal-Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropeja, l-Eccellenza Tieghu Hans van den Broek, f'Malta f'Mejju li ghadda u ghall-ghan principali ta' Malta ghall-holqien ta' Free Trade Area u ghal koperazzjoni mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropeja f'diversi oqsma.
Min-naha tieghu, van Beuge rringrazzja lill-Vici Prim Ministru ghall-ispjegazzjoni cara tieghu u qal li anke mil-laqgha li huwa kellu mal-Prim Ministru f'Novembru li ghadda, l-ispjegazzjoni dwar ir-relazzjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropeja kienet wahda cara.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901