Il-Budget ta' l-1998 ghall-ewwel gimgha ta' Novembru 1997
Fi stqarrija ghall-Istampa l-Ministru tal-Finanzi u Kummerc, Leo Brincat, qal li llum saret laqgha fir-Residenza Ufficjali tal-Prim Ministru fil-Palazz tal-Girgenti li fiha attendew il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari.
Matul il-laqgha, li damet sejra ghal hames sighat, saret diskussjoni intensiva u fil-fond dwar il-qaghda finanzjarja u l-isfidi li ghandu quddiemu l-Gvern fid-dawl tal-budget deficit gholi strutturali li ilu jingabar fil-pajjiz f'dawn l-ahhar snin.
Matul il-laqgha ittiehdu decizjonijiet ta' principju a bazi tar-rakkomandazzjonijiet li saru f'Memorandum li ipprezentaw ftit ilu lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerc il-membri ta' kummisjoni mwaqqfa apposta mill-Kabinett.
Fi tmiem il-laqgha gie deciz li l-Budget ghas-sena finanzjarja ta' l-1998 ghandu jigi pprezentat lill-Parlament fl-ewwel gimgha ta' Novembru.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901