Il-politika gdida Ewropea tigbed interess akbar f'Malta
Il-politika gdida tal-Gvern Malti ghal relazzjonijiet aktar mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropea gibdet interess akbar fl-oqsma internazzjonali, specjalment fil-qasam ta' l-assigurazzjoni. Dan qalu l-Prim Ministru Alfred Sant illum meta kien qed jiltaqa' ma' gurnalisti barranin waqt il-Konferenza dwar il-Mediterranean Asset Management li qed issir illum u ghada fil-Lukanda Westin Dragonara, San Giljan. Il-Prim Ministru qal li bil-politika gdida taghha Malta mhix obbligata li timplimenta r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u dan qed jghin biex ikun hemm aktar flessibilita' fl-oqsma tan-negozju internazzjonali ma' pajjizna.
Il-Prim Ministru qal li prezentement qed isir ezercizzju biex il-pakkett ta' servizzi finanzjarji f'Malta u l-legislazzjoni rilevanti ikunu rfinati biex jirrendu fit-tul.
Il-Prim Ministru indirizza din il-Konferenza u qal li bhala pajjiz demokratiku u bhala pajjiz stabbli f'legislazzjoni finanzjarja sofistikata Malta tinsab fil-post ideali fin-naha t'isfel tal-Kontinent Ewropew ghal dawk li qeghdin ifittxu ambjent ta' Centru Finanzjarju serju minghajr il-periklu li jkollhom jarmonizzaw kompletament mar-regoli li minn zmien ghal zmien tiddeciedi dwarhom l-Unjoni Ewropea ghall-pajjizi imsiehba fiha.
Il-Prim Ministru qal li Malta ma baqghetx issegwi attivament l-applikazzjoni tal-Gvern precedenti ghal shubija shiha fl-Unjoni Ewropea. Malta, qal il-Prim Ministru, trid l-aqwa forma possibbli ta' relazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea li twassal ghal zona hielsa ta' kummerc ghall-prodotti industrijali. Hija l-politika tal-Gvern il-gdid, qal il-Prim Ministru, li jzomm l-awtonomija fis-servizzi finanzjarji. Pajjizna qieghed ikompli jtejjeb l-istrategija ta' marketing fuq livelli tal-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea, imma li tkun addattata ghac-cirkostanzi partikolari ta' Centru Finanzjarju Internazzjonali ghal popolazzjoni ta' gzira zghira.
Ic-Chairman tac-Centru ghas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, il-Professur Joe Bannister qal li din il-gimgha il-kumpanija internazzjonali maghrufa 'Fidelity Investments' ziedet isimha mal-kumpaniji ezistenti fil-qasam finanzjarju f'pajjizna. Il-Professur Bannister qal li fil-granet li gejjin mistennija jizdiedu aktar 'listings' ta' kumpaniji internazzjonali fil-qasam finanzjarju f'pajjizna.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901