Tingabar l-informazzjoni tar-registrazzjoni tas-sorsi ta' taht l-art
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma issa kkonkludiet il-gbir tar-registrazzjonijiet tas-sorsi ta' l-ilma.
Ir-registrazzjoni kienet ghalqet fit-3 ta' Settembru u nfethu 68 kaxxa ta' registrazzjoni quddiem nutar mill-ufficcju tan-nutara tal-Gvern.
Minn Malta ingabru 2725 registrazzjonijiet, filwaqt li minn Ghawdex kien hemm 1641 registrazzjoni. It-tariffi tar-registrazzjonijiet ammontaw ghal Lm83,119. Il-Korporazzjoni ser tistharreg kull kaz ta' lok fejn it-tariffa ta' Lm100 tinghata lura jekk dawn is-sorsi kienu jintuzaw qabel l-1955.
Il-Korporazzjoni f'dawn l-ahhar gimghat kienet bdiet kampanja nazzjonali biex tinforma lill-pubbliku dwar il-htiega li l-aquifer jintuza bil-ghaqal u ma jibqax jigi aktar abbuzat.
L-informazzjoni li gabret il-Korporazzjoni hija essenzjali biex il-pajjiz jibbenifika minn immanigjar tajjeb ta' dan ir-rizors naturali.
Ghal kull min juza xi sors ta' taht l-art u naqas li jirregistra issa gew introdotti multi li jvarjaw bejn l-Lm4000 u Lm8000, skond ir-regolamenti godda.
L-informazzjoni li ngabret issa qed tigi analizzata sabiex jitfasslu mizuri mehtiega.
B'hekk il-Korporazzjoni qed tissodisfa wiehed mill-obbligi principali li ghandha skond il-ligi, li huwa li tipprotegi l-ilma ta' taht l-art.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901