Kampanja donaturi tal-organi
Il-Mid Med Bank u l-Bank of Valletta Ltd. accettaw it-tnejn li fil-branches taghhom f'Malta u Ghawdex ikun hemm esposti formoli sabiex ic-cittadini jkunu jistghu jinkitbu bhala donaturi tal-organi.
Dan se jservi sabiex ikunu aktar konxji tal-bzonn li jinkitbu fir-registru tad-donaturi.
Dan qed isir bhala parti mill-kampanja sistematika sabiex f'Malta jikber aktar ir-registru tad-donaturi.
Il-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja flimkien mal-Lions Club (Sliema), l-I.T.U. u l-Media Centre jirringrazzjaw lill-Mid Med Bank kif ukoll lil Bank of Valletta Ltd. ghas-support taghhom f'din il-kampanja.
Sadanittant ic-cittadini Maltin u Ghawdxin huma mfakkra li l-formoli jistghu jinkisbu wkoll mill-Health Promotion Unit - Valletta u mill-I.T.U. fl-Isptar San Luqa, G'Mangia.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901