Il-Ministru tas-Sahha imexxi delegazzjoni fit-Turkija ghal-laqgha tal-WHO
pr1751
12/09/1997
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, t-Tabib Michael Farrugia, se jmexxi delegazzjoni f'Istanbul it-Turkija.
F'Istanbul, id-delegazzjoni se tiehu sehem fl-47 sessjoni tal-Kumitat Regjonali Ghall-Ewropa tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (WHO).
Fost l-affarijiet li ser jigu diskussi hemm il-problema tal-Mard Komunikattiv, fosthom l-eradikazzjoni tal-Polio u l-pjan ta' Azzjoni Europew ghat-tnaqqis tal-Konsum tat-Tabakk sas-Sena 2001. Ser jigu diskussi wkoll il-Pjan Ewropew u l-Pjan Dinji ghall-Kura tas-Sahha fis-Seklu 21.
Id-delegazzjoni mistennija tigi Malta il-Gimgha, 19 ta' Settembru.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901