Ftuh ta' Computer Training Centre ghall-ghalliema f'Ghawdex
Illum il-Gimgha, 12 ta' Settembru, il-Ministru tal-Edukazzjoni, s-Sur Evarist Bartolo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr. Anton Refalo, inawgura 'Computer Training Centre' ghall-ghalliema Ghawdxin fil-kumpless ta' l-Iskejjel Post Sekondarji Sir Mikelang Refalo. Fin-nuqqas ta' Centru bhal dan, ghalliema Ghawdxin kien ikollhom imorru Malta biex jattendu ghal korsijiet fl-uzu tal-kompjuter. Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex irringrazzja lill-Ministru Bartolo ghall-impenn tieghu biex jitwettaq dan il-progett. Huwa heggeg lill- ghalliema prezenti sabiex ikunu aktar miftuha ghat-teknologija ta' l-informazzjoni u biex jaghmlu l-ahjar uzu mill-investiment li sar f'dan ic-Centru.
Fid-diskors tieghu, il-Ministru Bartolo sahaq li l-process ta' l-introduzzjoni tat-teknologija ta' l-informatika, mibdi mill-Ammistrazzjoni ta' qabel, mhux xi wiehed facli jew semplici. Huwa qal li l-ghalliema m'ghadhomx iharsu lejn l-informatika bhala suggett gdid izda bhala metodu gdid ta' kif jista' jsir it-tghallim. Hemm htiega ghalhekk ta' tahrig mhux biss fl-uzu tal-kompjuters izda ukoll kif din it-teknologija tista' tintuza bhala ghodda effettiva ta' tghallim. Minkejja l-introduzzjoni ta' teknologija bhal din il-Minstru Bartolo kompla jghid li r-relazzjonijiet umani kemm fit-tmexxija tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni kif ukoll fil-klassijiet ghandha tibqa' tinghata l-importanza taghha. Huwa ghalaq d-diskors tieghu billi tenna l-impenn tal-Gvern li jaghti lit-tfal taghna fiducja fihom infushom hekk kif wasalna sabiex nibdew seklu gdid.
Fl-ahhar is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qassam xi 'software' lill-ghalliema prezenti.
Il-Ministru Bartolo, dejjem akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, imbaghad inawgura Wirja mtella' mid-diversi skejjel Ghawdxin li ppartecipaw fl-iskema Skola Sajf. F'din il-Wirja, li tinsab fil-kumpless tal-Lyceum Ninu Cremona, hemm esebiti diversi pitturi, mudelli tas-sulfarini u toothpicks u anke oggetti tal-paper mache' li nhadmu mit-tfal li attendew f'dawn ic-centri tas-sajf. Wara il-Ministru u Segretarju Parlamentari attendew ukoll ghal 'Children's Summer Park' - programm ta' zfin, kant u mima mtella mill-iskejjel Ghawdxin ta' Skola Sajf '97.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901