Wirt Ghawdex
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo tkellem dwar il-hidma li ghaddejja favur ir-rijabilitazzjoni tal-wirt storiku ta' Ghawdex meta llum attenda ghal attivita' tal-fondazzjoni 'Wirt Ghawdex'.
Dr Anton Refalo qal li bit-twaqqif mill-gdid tal-Kumitat ghar-Restawr u r-Rijabilitazzjoni tac-Cittadella u Siti Storici, is-Segretarjat ghal Ghawdex kien ta l-ewwel prova ta' l-impenn li ghandu favur il-harsien tal-wirt storiku li ghandu Ghawdex. Is-Segretarjat huwa wkoll attiv favur l-istess wirt fuq bazi nazzjonali, permezz ta' rapprezentanza fil-'Heritage Action Committee'.
Fost ix-xogholijiet ta' restawr li ghaddejjin bhalissa jew li huma ppjanati li jibdew fi zmien qasir hemm dawk tac-Cittadella, tal-Mithna Ta' Kola, restawr tal-Kappela ta' San Guzepp fic-Cittadella stess, u restawr tat-Torri ta' Kenuna li huwa mniedi mill-Korporazzjoni Telemalta. Hemm ukoll pjani ghar-restawr tal-Kappella ta' Santa Cecilja, f'Ghajnsielem u fil-Banca Giuratale fir-Rabat, filwaqt li ghaddejjin ukoll tahdidiet bejn is-Segretarjat u 'Din l-Art Helwa' biex din l-organizzazzjoni tkun involuta fir-rijabilitazzjoni ta' certi siti storici f'Ghawdex.
Dr Refalo qal li meta wiehed iqis l-ammont ta' xoghol li jrid isir biex jigi rijabilitat il-wirt sotriku, malajr jirrealizza li hemm bzonn ta' rizorsi, umani u finanzjarji, sostanzjali. Huwa qal li dan ipoggi piz kbir fuq il-Gvern u ghaldaqstant huwa importanti ferm l-intervent ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi. Huwa tenn l-impenn tas-Segretarjat tieghu favur il-harsien tal-wirt storiku u naturali ta' Ghawdex u qal li l-Gvern irid jinkoraggixxi u jappoggja inizjattivi f'dan is-sens bir-rizorsi kollha li ghandu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901