Il-Gvern Malti jappoggja l-Holqien tal-Qorti Internazzjonali tal-Gustizzja
Il-Gvern Malti jemmen bis-shih fil-bzonn ta' Qorti Internazzjonali tal-Gustizzja u se jibqa' jappogga kull sforz li jwassal ghal konkluzjoni ta' malajr u effettiva ghall-holqien ta' din il-qorti. Dan qalu l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant meta dalghodu ndirizza l-Konferenza "MA JISTAX IKOLLOK PACI MINGHAJR GUSTIZZJA", favur it-twaqqif tal-Qorti Internazzjonali tal-Gustizzja fl-1998 fl-Istitut ta' l-Istudji Internazzjonali, fil-Belt Valletta. Ghal din il-Konferenza qed jattendu diversi personalitajiet barranin fosthom Emma Bonino, Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea ghall-Ghajnuna Umanitarja u ghadd gmielu ta' participanti mill-Unjoni Ewropea u mill-pajjizi tal-Mediterran.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern Malti jemmen li ma jistax ikun hemm gustizzja minghajr fruntieri u lanqas tista' tigi ssagrifikata l-gustizzja minhabba l-interessi nazzjonali. Il-Prim Ministru qal li l-komunita' internazzjonali stenniet ghal nofs seklu biex tara l-holma ta' Qorti Kriminali Internazzjonali titwettaq. L-Abbozz ta' l-Istatut huwa biss l-ahhar zvilupp fi vjagg twil li se jwassal ghal hsad ta' dak li nzara'. Dr. Sant qal li kien b'rihet il-hidma qawwija u d-dedikazzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ligi u tal-Kumitat Preparatorju li ntlahaq l-istadju avvanzat li qeghdin fih.
Il-Prim Ministru stqarr li dil-Konferenza tiswa biex tishaq mill-gdid fuq il-vokazzjoni Ewro-Mediterranja ta' Malta. Dr. Sant qal li Malta hija interessata hafna li trawwem il-kollaborazzjoni u l-progetti bi shab bejn is-socjetajiet Ewropej u dawk Mediterranji. Il-Prim Ministru qal li l-Konferenza Ewro-Mediterranja li saret Malta f'April li ghadda kienet xhieda qawwija tas-sehem li Malta tista' taghti, bhala 'Svizzera tal-Mediterran', lit-trawwim tal-kooperazzjoni u l-progress bi shab.
Din il-Konferenza internazzjonali tal-lum tikkonferma dan l-impenn. Huwa fuq kollox ta' min wiehed jinnota, qal il-Prim Ministru, li din il-Konferenza qed tressaq temi godda ghal kooperazzjoni internazzjonali fil-prattika legali li tmur lil hinn mill-fruntieri nazzjonali waqt li jissahhu l-kuncetti moderni tal-jeddijiet tal-bniedem u ta' l-imgieba civili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901