Left arrow Go Back

Dr. Anton Refalo jipprezenta trofej lir-rebbieha tal-Malta Race Week 1997

pr1738
Date Icon 12/09/1997

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo ipprezenta t-trofej lir-rebbieha tal-Malta Race Week '97 - tlielaq b'ingenji tal-bahar madwar il-gzejjer Maltin - li saru bejn il-5 u t-12 ta' Settembru.

F'diskors qasir, Dr Refalo tkellem dwar il-Malta Race Week bhala attivita' b'zewg lati importanti: dak sportiv u dak turistiku. Huwa qal li l-prezenza f'Ghawdex ta' organizzazzjonijiet li jaslu biex jorganizzaw attivitajiet tat-tip tal-Malta RaceWeek hija milqugha tajjeb u apprezzata. Gruppi simili haqqhom inkoraggiment u tifhir ghall-kontribut taghhom favur l-isports.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex tkellem ukoll dwar l-aspett turistiku ta' dawn it-tlielaq u qal li dawn l-attivitajiet huma attrazzjoni diversa ghat-turist li jzur il-gzejjer Maltin. Huwa ghalhekk importanti li l-istess attivitajiet ikunu sfruttati tajjeb b'marketing professjonali ghaliex jistghu joholqu suq innovattiv fit-turizmu. Dr Refalo qal li dawn it-tip ta' inizjattivi ghandhom ikomplu jigu zviluppati u jistabilixxu ruhhom fil-kalendarju lokali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow